Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Rosca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-434/19) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni – Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/363/18 – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrenti ma titħalliex tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal – Ugwaljanza fit-trattament”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ioana-Felicia Rosca (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: L.-O. Tufler u B. Nelissen, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff, D. Milanowska u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla fil-kuntest tal-kompetizzjoni ġenerali bbażata fuq kwalifiki u testijiet EPSO/AD/363/18 tat-22 ta’ Marzu 2019 li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrenti u li r-rikorrenti ma tiġix ammessa għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tal-imsemmija kompetizzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ioana-Felicia Rosca hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 295, 2.9.2019.