Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-191/16) 1

(“Għajnuna finanzjarja – Is-Sitt Programm kwadru tal-Komunità Ewropea dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp tekonoloġiku u dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-innovazzjoni (2002 sal-2006) – Kuntratt li jikkonċerna għajnuna finanzjarja tal-Unjoni favur proġett fil-qasam tal-kollaborazzjoni medika – Deċiżjoni li tifforma titolu eżekuttiv – Kompetenza tal-Kummissjoni  – Ftehimiet ta’ sussidju – Irkupru ta’ parti mill-għajnuna finanzjarja mħallsa – Klawżola ta’ arbitraġġ – Spejjeż eliġibbli – Aspettattivi leġittimi”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: E. Tzannini, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Katsimerou, L. André u J. Estrada de Solà, aġenti, assistiti minn E. Roussou, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 1080 final, tas-16 ta’ Frar 2016, dwar l-irkupru tal-ammont ta’ EUR 109 415.20, miżjud bl-interessi, imħallas lir-rikorrenti fil-kuntest ta’ għajnuna finanzjarja insostenn ta’ proġett ta’ riċerki mediċi.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Lito Maieftiko Gynaikologiko kai Cheirourgiko Kentro AE hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 251, 11.7.2016.