Language of document : ECLI:EU:T:2021:791


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2021 – KV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-430/20)

“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li ma taċċettax lir-rikorrent fl-istadju sussegwenti tal-kompetizzjoni - Kriterju ta’ ammissjoni marbut mal-esperjenza professjonali - Konformità mal-avviż ta’ kompetizzjoni tal-kriterju użat mill-Bord tal-Għażla”

Uffiċjali – Kompetizzjoni – Kompetizzjoni bbażata fuq kwalifiki u eżamijiet – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni – Diplomi ppreżentati jew esperjenza professjonali ċċertifikata – Evalwazzjoni mill-Bord tal-Għażla – Iffissar tal-kriterji ta’ evalwazzjoni – Ammissibbiltà – Limiti – Rispett tal-avviż tal-kompetizzjoni – Adozzjoni ta’ kriterju li jmur kontra l-avviż ta’ kompetizzjoni – Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Anness III, Artikoli 1(1) u 5(1))

(ara l-punti 27, 28, 33, 41)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Ġħażla tad-19 ta’ Settembru 2019 li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid tar-rifjut ta’ ammissjoni tar-rikorrent għall-istadju sussegwenti tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-31 ta’ Marzu 2020 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent fil-konfront tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tad-19 ta’ Settembru 2019 li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid tal-esklużjoni ta’ KV mill-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19 hija annullata.

2)

Il-Kummisjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.