Language of document : ECLI:EU:T:2021:794


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas17 ta’ Novembru 2021 –
Société des produits Nestlé vs EUIPO – Amigüitos pets & life (THE ONLY ONE by alphaspirit wild and perfect)

(Kawża T616/20)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea THE ONLY ONE by alphaspirit wild and perfect – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea ONE – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti Ġenerali ta’ deċiżjoni preċedenti – Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Awtorità ta’ res judicata”

1.      Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni kemm tal-motivazzjoni kif ukoll tad-dispożittiv tas-sentenza

(Artikolu 266 TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72(6))

(ara l-punti 36, 37)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2017/1001, Artikolu 72)

(ara l-punt 48)

3.      Proċedura ġudizzjarja – Awtorità ta’ res judicata – Portata

(ara l-punt 51)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad‑29 ta’ Lulju 2020 (Każ R 424/2020-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société des produits Nestlé u Amigüitos pets & life.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad‑29 ta’ Lulju 2020 (Każ R 424/2020-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti minn Société des produits Nestlé SA għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

3)

Amigüitos pets & life, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.