Language of document : ECLI:EU:T:2021:829


 


 



Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) tat18 ta’ Novembru 2021 – RG vs IlKunsill

(Kawża T157/21)

“Rikors għal annullament – Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja – Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn, minn naħa, l-Unjoni u l-Euratom u, min-naħa l-oħra, ir-Renju Unit – Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni – Mekkaniżmu ta’ konsenja fuq il-bażi ta’ mandat ta’ arrest – Persuna arrestata u miżmuma fl-Irlanda wara t-tmiem tal-perijodu ta’ transizzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mir-Renju Unit matul il-perijodu ta’ transizzjoni – Nuqqas ta’ interess individwali – Att mhux regolatorju – Inammissibbiltà”

1.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Locus standi – Deċiżjoni dwar il-firma u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ftehim internazzjonali – Teħid inkunsiderazzjoni tal-istess kontenut tal-ftehim internazzjonali

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 21)

2.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Interess individwali minn att ta’ natura ġenerali – Kundizzjonijiet – Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-firma u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ftehim dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn, minn naħa, l-Unjoni u l-Euratom u, min-naħa l-oħra, ir-Renju Unit – Rikors ippreżentat minn persina riċerkata abbażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ qabel il-perijodu ta’ tranżizzjoni u kopert mill-imsemmi ftehim – Assenza ta’ interess individwali – Inammissibbiltà

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2020/2252)

(ara l-punti 26, 27, 29 sa 32)

3.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Deċiżjoni dwar il-firma u l-applikazzjoni proviżorja ta’ ftehim internazzjonali – Esklużjoni

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2020/2252)

(ara l-punti 35, 37 sa 41)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2252 tat‑29 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU 2020, L 444, p. 2).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet ta’ intervent tal-Irlanda u tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

RG huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minbarra dawk relatati mat-talbiet għal intervent.

4)

RG, il-Kunsill, l-Irlanda u l-Kummissjoni għandhom ibatu kull wieħed minnhom l-ispejjeż tagħhom stess relatati mat-talbiet tal-intervent.