Language of document : ECLI:EU:T:2021:793


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2021 – Guasch Pubill vs EUIPO – Nap-Kings (Bjankerija għall-mejda)

(Kawża T-538/20)

“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta bjankerija għall-mejda – Żvelar ta’ disinn preċedenti – Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Raġuni għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002 – Inammissibbiltà tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Artikolu 52(3) tar-Regolament Nru 6/2002”

1.      Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Żvelar lill-pubbliku – Prova tal-iżvelar

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 7(1))

(ara l-punt 30)

2.      Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Żvelar lill-pubbliku – Eċċezzjoni – Fatti li ma setgħux ikunu raġonevolment magħrufa fl-ambjenti speċjalizzati tas-settur ikkonċernat – Avvenimenti li jseħħu barra mit-territorju tal-Unjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 7(1))

(ara l-punti 31 sa 33)

3.      Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b))

(ara l-punt 46)

4.      Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Evalwazzjoni globali tal-elementi kollha tad-disinn preċedenti

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u (2), u 25(1)(b))

(ara l-punti 47, 48)

5.      Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Utent avżat – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b))

(ara l-punt 50)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Marcos Guasch Pubill huwa kkundannat għall-ispejjeż.