Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2014 – PSL vs UASI – Consortium Ménager Parisien (Rappreżentazzjoni ta’ arloġġ tal-idejn)

(Kawża T-212/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: PSL Ltd (Kowloon, Honk Kong) (rappreżentanti: R. Dissmann u J. Bogatz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consortium Ménager Parisien (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 1495/2012-3;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-qorti kif ukoll dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn li jirrappreżenta arloġġ tal-idejn għal prodotti fil-klassi 10-02 – Disinn Komunitarju Nru 1 600 560-0001

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiParti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Consortium Ménager ParisienMotivazzjoni tat-talba għal invalidità: nuqqas ta’ karattru individwali fis-sens tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u disinn ikkontestat iddikjarat invaliduMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002