Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2014 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-215/14 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Infrastrutturi ajruportwali – Finanzjament pubbliku mogħti minn muniċipalitajiet favur ajruport reġjonali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Gmina Miasto Gdynia (il-Polonja) u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. Z o.o. (Gdynia, il-Polonja) (rappreżentanti: T. Koncewicz u K. Gruszecka-Spychała, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, S. Noë u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)SuġġettTalba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 759 finali, tal-11 ta’ Frar 2014, dwar il-miżura SA. 35388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex/ 2012/N) – Il-Polonja – Rikonverżjoni tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo.DispożittivIt-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.L-ispejjeż huma riżervati.