Language of document : ECLI:EU:T:2014:734





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2014 – Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑217/14 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Għajnuna mill-Istat – Infrastrutturi ajruportwali – Finanzjament pubbliku mogħti minn muniċipalitajiet favur ajruport reġjonali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 17, 18)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat – Sitwazzjoni li tista’ tikkomprometti serjament it-twettiq minn entità territorjali infrastatali rregolata mid-dritt pubbliku tal-missjonijiet tagħha ta’ servizz pubbliku (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 27-30)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru u mhux lill-benefiċjarju – Teħid inkunsiderazzjoni tal-miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni – Miżuri mhux vinkolanti – Assenza ta’ urġenza (Artikoli 278 TFUE, 279 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 31, 32, 34-38)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat – Eżistenza quddiem il-qorti nazzjonali ta’ rimedji kontra l-miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni – Setgħa tal-qorti tal-Unjoni li tieħu tali rimedji inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni fuq il-mertu tat-talba għal miżuri provviżorji – Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2) (ara l-punti 40, 41, 45-48)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat – Interess ġenerali difiż mill-Kummissjoni u interess tal-benefiċjarju tal-għajnuna – Assenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali – Supremazija tal-interess ġenerali (Artikoli 108(2) TFUE u 278 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 7) (ara l-punti 50-52, 58)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 759 finali, tal‑11 ta’ Frar 2014, dwar il-miżura SA. 35388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex 2012/N) – Il‑Polonja – Rikonverżjoni tal-ajruport ta’ Gdynia Kosakowo.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma riżervati.