Language of document : ECLI:EU:T:2015:230





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ April 2015 –

Volkswagen vs UASI (EXTRA)

(Kawża T‑216/14)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali EXTRA – Trade mark li hija kkostitwita minn slogan ta’ reklamar – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 13‑15)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar – Karattru distintiv – Applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi – Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 16‑19)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv – Trade mark verbali EXTRA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 20‑28)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv ta’ sinjal 42701 / Absence de caractère descriptif d’un signe – Ċirkustanza li ma timplikax neċessarjament il-karattru distintiv tas-sinjal (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (ċ)) (ara l-punt 26)

5.                     Trade mark Komunitarja – Deċiżjonjiet tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju – Prinċipju ta’ legalità – Neċessità ta’ eżami strett u komplet f’kull każ speċifiku (ara l-punti 30‑32)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Frar 2014 (Każ R 1788/2013‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali EXTRA bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volkswagen AG hija kkundannata għall-ispejjeż.