Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2015 – Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-217/14) 1

(“Rikors għal annullament – Sostituzzjoni tal-att ikkontestat fil-mori tal-kawża – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Gmina Kosakowo (Kosakowo, il-Polonja) (rappreżentant: M. Leśny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Grespan, S. Noë u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/883/UE, tal-11 ta’ Frar 2014, dwar il-miżura SA.35388 (13/C) (ex 13/NN u ex 12/N) – Il-Polonja – It-twaqqif tal-ajruport ta’ Gdynia-Kosakowo (ĠU L 357, p. 51).

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Gmina Kosakowo għal dak li jirrigwarda l-proċedura prinċipali.

Gmina Kosakowo għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni għal dak li jirrigwarda l-proċeduri għal miżuri provviżorji.

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1 ĠU C 202, 30.6.2014.