Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Lulju 2011 - ultra air vs UASI - Donaldson Filtration Deutschland (ultrafilter international)

(Kawża T-396/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ultra air GmbH (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. König, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Donaldson Filtration Deutschland GmbH (Haan, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tat-18 ta' Mejju 2011, innotifikata fl-20 ta' Mejju 2011, fil-Każ R 374/2010-4;

tiċħad l-appell ippreżentat fis-16 ta' Marzu 2010 minn Donaldson Filtration Deutschland GmbH kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellament tal-Uffiċċju konvenut tad-29 ta' Jannar 2010 fil-proċedimenti ta' invalidità Nru 2880;

tikkundanna lill-UASI u, f'każ li tintervjeni f'tali proċeduri, lil Donaldson Filtration Deutschland GmbH, għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : it-trade mark verbali "ultrafilter international" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 11, 37 41 u 42 - Trade mark Komunitarja Nru 1 121 839

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Donaldson Filtration Deutschland GmbH

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-talba hija bbażata fuq raġunijiet assoluti ta' invalidità fis-sens tal-Artikolu 52(2)(a) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 7(1)(ċ) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark verbali kkontestata hija deskrittiva.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellament annullata u talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1) u (3), 52(1)(a), 56(1)(a), 75(1) u 83 tar-Regolament Nru 207/2009.

____________