Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2012 - Barthel et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-398/11 P) 

(

("Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Rifjut li jingħata lir-rikorrenti l-benefiċċju ta' allowance għal xogħol permanenti jew bix-shift - Terminu għall-ilmenti - Dewmien - Appell parzjalment infondat u parzjalment manifestament inammissibbli")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Yvette Barthel (Arlon, il-Belġju); Marianne Reiffers (Olm, il-Lussemburgu); u Lieven Massez (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J. N. Louis, E. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Placco, aġent)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla), tal-10 ta' Mejju 2011, Barthel et vs Il-Qorti tal-Ġustizzja, (F-59/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell ġie miċħud.

Y. Barthel, M. Reiffers u L. Massez għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tas-seduta preżenti.

____________

1 - ĠU C 290, 01.10.2011.