Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2013 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-384/10) 1
[“Fond ta’ Koeżjoni – Regolament (KE) Nru 1164/94 – Proġetti li jikkonċernaw il-provvista tal-ilma għaċ-ċentri residenzjali fil-baċir idrografiku tax-xmara Guadiana fir-reġjun ta’ Andévalo, it-tindif u l-purifikazzjoni tal-baċir tax-xmara Guadalquivir u l-provvista tal-ilma lil sistemi supramuniċipali tal-provinċji ta’ Granada u ta’ Málaga – Kanċellament parzjali tal-għajnuna finanzjarja – Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet u għal servizzi – Kunċett ta’ xogħol – Diviżjoni ta’ kuntratti – Determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji – Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament Nru 1164/94 – Proporzjonalità”]
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. M. Rodríguez Cárcamo, sussegwentament A. Rubio González, abogados del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Steiblytė, D. Kukovec u B. Conte, aġenti, assistiti inizjalment minn J. Rivas Andrés, X. García García, avukati, u minn M. Vilarasau Slade, solicitor, sussegwentement minn J. Rivas Andrés u X. García García)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4147, tat-30 ta’ Ġunju 2010, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja tal-Fond ta’ Koeżjoni għal dawn il-(gruppi ta’) proġetti li ġejjin: “Il-provvista tal-ilma għaċ-ċentri residenzjali li jinsabu fil-Baċir Idrografiku tax-Xmara Guadiana: Reġjun ta’ Andévalo” (2000.ES.16.C.PE.133), “Tindif u purifikazzjoni tal-Baċir ta’ Guadalquivir: Guadaira, Aljarafe u EE NN PP tal-Guadalquivir” (2000.16.C.PE 066), “Il-provvista ta’ ilma lil sistemi supramuniċipali tal-provinċji ta’ Granada u ta’ Málaga” (2002.ES.16.C.PE.061).
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
____________1 ĠU C 288, 23.10.2010.