Rikors ippreżentat fis-7 ta' Settembru 2010 - Continental Bulldog Club Deutschland vs UASI (CONTINENTAL)
(Kawża T-383/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Continental Bulldog Club Deutschland eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Vollmer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta' Ġunju 2010, fil-Każ R 300/2010-1;
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata safejn hija tikkonċerna l-prodotti u s-servizzi fil-klassi 44;
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża kif ukoll għal dawk inkorsi fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "CONTINENTAL" għal prodotti fil-klassijiet 31 u 44
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, billi t-trade mark ikkonċernata hija distintiva u mhux deskrittiva.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).