Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2021 – Polo Club Düsseldorf vs EUIPO – Company Bridge and Life (POLO CLUB DÜSSELDORF EST. 1976)

(Kawża T-355/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Polo Club Düsseldorf GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Company Bridge and Life, SL (Elche, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea POLO CLUB DÜSSELDORF EST. 1976 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 984 671

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ April 2021 fil-Każ R 1667/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tibdel id-deċiżjoni kkontestata, u

tiċħad l-oppożizzjoni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________