Language of document : ECLI:EU:T:2011:175





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ April 2011 – Smart Technologies vs UASI (WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH)

(Kawża T-523/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 33-37, 40)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2009 (Każ R 554/2009‑2), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Smart Technologies ULC

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali WIR MACHEN DAS BESONDERE EINFACH għal prodotti fil-klassi 9 – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7355902

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Smart Technologies ULC hija kkundannata għall-ispejjeż.