Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2014 – Alstom Grid vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-521/09) 1

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tat-transformers tal-elettriku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE – Ftehim ta’ tqassim tas-suq – Komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tal-2002  – Immunità minn multi – Aspettattivi leġittimi – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alstom Grid SAS, li kienet Areva T&D SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment A. Schild, C. Simphal u E. Estellon, sussegwentement J. Derenne, A. Müller-Rappard u M. Domecq, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Bouquet, N. von Lingen u K. Mojzesowicz, sussegwentement A. Bouquet, K. Mojzesowicz u P. van Nuffel, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 7601 finali, tas-7 ta’ Ottubru 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.129 – Transformers tal-elettriku)DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Alstom Grid SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.