Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2024 – Net Technologies Finland vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-319/23) 1

(“Klawżola ta’ arbitraġġ – Is-Seba’ Programm Kwadru għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Deċiżjoni li tikkostitwixxi titolu eżekuttiv – Irtirar tal-att ikkontestat – Suġġett tal-kawża li ma għadux jeżisti – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Net Technologies Finland Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: S. Pappas u A. Pappas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Garello, M. Ilkova u R. Onozó, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2023) 2282 final tas-27 ta’ Marzu 2023 li tifforma titolu eżekuttiv għall-irkupru ta’ somma ta’ EUR 188 477.27 flimkien mal-interessi.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati minbarra l-ispejjeż tagħha dawk sostnuti minn Net Technologies Finland Oy, inkluż dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1     ĠU C 286, 14.8.2023.