Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Marzu 2012 - Egan u Hackett vs Il-Parlament

(Kawża T-190/10) 

["Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Reġistru tal-assistenti ta' ex membri tal-Parlament Ewropew - Rifjut ta' aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tat-trattament ta' data ta' natura persunali - Regolament (KE) Nru 45/2001"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kathleen Egan (Athboy, l-Irlanda) u Margaret Hackett (Borris-in-Ossory, l-Irlanda) (rappreżentanti: K. Neary, solicitor, C. MacEochaidh, SC u J. Goode, barrister)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz, N. Görlitz u D. Moore, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD), (rappreżentanti: inizjalment H. Kranenborg u H. Hijmans, sussegwentement M. Kranenborg u I. Chatelier, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-12 ta' Frar 2010, sa fejn din tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess mitlub għar-reġistri pubbliċi tal-assistenti ta' ex membri tal-Parlament Ewropew.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2010 hija annullata sa fejn tirrifjuta milli tagħti lil Kathleen Egan u Margaret Hackett l-aċċess mitlub għar-reġistri pubbliċi tal-assistenti ta' ex membri tal-Parlament Ewropew.

Il-Parlament huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn K. Egan u M. Hackett kif ukoll jirrimborsa s-somom imħallsa bil-quddiem mill-kaxxier tal-Qorti Ġenerali bħala għajnuna legali lil K. Egan.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

____________

1 - ĠU C 161, 19.06.2010.