Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Frar 2010 - Flaco Geräte vs UASI - Delgado Sánchez (FLACO)

(Kawża T-74/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Flaco Geräte GmbH (Gütersloh, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jesús Delgado Sánchez (Socuellamos, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-23 ta' Novembru 2009, fil-Każ R 86/2009-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Flaco Geräte GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "FLACO" għal prodotti fil-klassijiet 7, 8, 9 u 11

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Jesús Delgado Sánchez

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark Spanjola rreġistrata għat-trade mark "FLACO" għal prodotti fil-klassi 7

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja parzjalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell ħa inkunsiderazzjoni traduzzjoni żbaljata tal-prodotti koperti mit-trade mark iċċitata fil-proċedimenti ta' oppożizzjoni; ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni l-eċċezzjoni bbażata fuq in-nuqqas ta' użu mressqa mir-rikorrenti.

____________