Language of document : ECLI:EU:T:2011:16





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Jannar 2011 – BSH vs UASI (executive edition)

(Kawża T-310/08)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali executive edition – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 26, 33, 34)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Ġunju 2008 (Każ R 845/2007‑1), li tikkonċerna applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali executive edition bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali executive edition għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11 – Applikazzjoni Nru 4908182

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.