Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awissu 2010 - Mata Blanco vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-65/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: José Manuel Mata Blanco (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta' riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni interna "COM/INT/OLAF/09/AD10 - Amministraturi speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-frodi" kif ukoll tal-lista ta' riżerva u tad-deċiżjonijiet kollha meħuda abbażi ta' din il-lista.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-EPSO tal-11 ta' Mejju 2010 li tikkonferma, wara eżami mill-ġdid, id-deċiżjoni tagħha tad-9 ta' Marzu 2010 li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta' riżerva fil-kuntest tal-kompetizzjoni interna "COM/INT/OLAF/09/AD10 - Amministraturi speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-frodi";

tannulla l-lista ta' riżerva tal-kompetizzjoni interna "COM/INT/OLAF/09/AD10 - Amministraturi speċjalizzati fil-ġlieda kontra l-frodi" sa fejn din il-lista ma fihiex isem ir-rikorrent u d-deċiżjonijiet l-oħra kollha meħuda abbażi ta' din il-lista;

tordna, bħala miżuri ta' organizzazzjoni tal-proċedura (ara l-Artikolu 55 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali), il-produzzjoni mill-konvenuta tal-kriterji li ntużaw mill-bord tal-eżaminaturi għall-eżami orali, id-domandi li sarulu mill-bord tal-eżaminaturi matul l-eżami orali tiegħu u kopja tal-formola ta' evalwazzjoni li uża l-bord tal-eżaminaturi fir-rigward tal-imsemmi eżami orali flimkien mal-kriterji li ntużaw fil-korrezzjoni tagħhom;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

____________