Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ Marzu 2012 —
Armani vs UASI —
Del Prete (AJ AMICI JUNIOR)
(Kawża T-420/10)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva AJ AMICI JUNIOR — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti AJ ARMANI JEANS — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ARMANI JUNIOR — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja —Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32-35)
Suġġett
| Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1360/2009‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Giorgio Armani SpA u Annunziata Del Prete. |
Dispożittiv
1) | | Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-8 ta’ Lulju 2010 (Każ R 1360/2009‑2) hija annullata. |
2) | | L-UASI u Annunziata Del Prete għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Giorgio Armani SpA quddiem il-Bord tal-Appell. |
3) | | L-UASI u Annunziata Del Prete għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Giorgio Armani quddiem il-Qorti Ġenerali. |