Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2013 – Budziewska vs UASI – Puma (Felin jaqbeż)

(Kawża T-666/11) 1

(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta felin jaqbeż – Disinni preċedenti – Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Utent avżat – Livell ta’ libertà tad-disinjatur – Assenza ta’ impressjoni globali differenti – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Danuta Budziewska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Masłowski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1137/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Puma AG Rudolf Dassler Sport u Danuta Budziewska.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Danuta Budziewska hija kkundannata għall-ispejjeż.