Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Spirlea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-669/11) 1

[“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokument li joriġina mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-kuntest ta’ proċedura EU Pilot – Artikolu 4(4) u (5) – It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) – Rifjut ta’ aċċess – Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali – Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali – Aċċess parzjali – Interess pubbliku superjuri”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Darius Nicolai Spirlea u Mihaela Spirlea (Capezzano Pianore, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment minn V. Foerster u T. Pahl, sussegwentement minn V. Foerster u E. George, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Costa de Oliveira u H. Kraemer, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-9 ta’ Novembru 2012, li tirrifjuta li tagħti aċċess lir-rikorrenti għall-osservazzjonijiet li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja indirizzat lill-Kummissjoni, fis-7 ta’ Lulju 2011, fil-kuntest tal-proċedura EU Pilot 2070/11/SNCO.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.