Language of document :

Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2024 – Xilin Gol League Xiyang Mutton Industry vs EUIPO – Baidu Europe (baidu)

(Kawża T-140/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xilin Gol League Xiyang Mutton Industry Co. Ltd (Inner Mongolia, iċ-Ċina) (rappreżentanti: I. Valdelomar Serrano, J. Rodríguez-Fuensalida y Carnicero, P. Ramells Higueras, A. Figuerola Moure u P. Muñoz Moreno, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Baidu Europe BV (Swalmen, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “baidu” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 398 847

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Jannar 2024 fil-Każijiet magħquda R 373/2023-5 u R 391/2023-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tevalwa l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fid-deċiżjoni kkontestata;

tirrevoka t-trade mark kontenzjuża għall-prodotti u s-servizzi kollha fil-klassijiet 9, 38 u 42;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tar-rappreżentanti tar-rikorrenti, relatati ma’ din il-kawża.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________