Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2012 - Associazione "Giùlemanidallajuve" vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-273/09) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Ċaħda ta' ilment - Interess leġittimu - Interess Komunitarju - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Associazione "Giùlemanidallajuve" (Cerignola, l-Italja) (rappreżentanti: L. Misson, G. Ernes u A. Pel, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u V. Di Bucci, aġenti, assistiti minn J. Derenne, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Fédération internationale de football association (FIFA) (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Barav u D. Reymond, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 3916, tat-12 ta' Mejju 2009, meħuda abbażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 u li tiċħad, għal nuqqas ta' interess leġittimu u ta' interess Komunitarju, l-ilment imressaq mir-rikorrenti dwar il-ksur tal-Artikoli 81 KE u 82 KE allegatament imwettaq mill-Federazione italiana giuoco calcio, il-Comitato olimpico nazionale italiano, l-Union of European Football Associations u l-Fédération internationale de football association, fil-kuntest tas-sanzjonijiet imposti fuq il-Juventus Football Club SpA ta' Torino (l-Italja) (Każ COMP/39464 - Supporters Juventus Turin vs FIGC-CONI-UEFA-FIFA)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

L-Associazione "Giùlemanidallajuve" hija kkundannata għall-ħlas tal-ispejjeż tagħha u ta' dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-Fédération internationale de football association (FIFA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 224, 10.10.2009.