Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2015 – Harper Hygienics vs UASI – Clinique Laboratories (CLEANIC Kindii)

(Kawża T-364/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva CELANIC Kindii – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti CLINIQUE – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Harper Hygienics S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: inizzjalment R. Rumpel, sussegwentement D. Rzążewska u G. Pietras, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Clinique Laboratories, LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizzjalment V. von Bomhard, A. Renck, avukati, u K. Hughes, sussegwentement, K. Hugues)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1135/2011-1), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Clinique Laboratories, LLC u Harper Hygienics S.A.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Harper Hygienics S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk esposti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Clinique Laboratories, LLC.