Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Mejju 2012 - Amador López vs UASI (AUTOCOACHING)
(Kawża T-325/11)
"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali AUTOCOACHING - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Pedro Germán Amador López (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. Falcón Morales, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta' Marzu 2011 (Każ R 1665/2010-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali AUTOCOACHING bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud
Pedro Germán Amador López huwa kkundannat għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 252, 27.08.2011.