Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-4 ta’ April 2024 – RT, ED vs Ineo Infracom

(Kawża C-249/24, Ineo Infracom)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RT, ED

Konvenuti: Ineo Infracom

Domandi preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tkeċċijiet għal raġunijiet ekonomiċi bbażati fuq ir-rifjut mill-impjegati li jiġu applikati għall-kuntratt ta’ xogħol tagħhom dispożizzjonijiet ta’ ftehim kollettiv dwar il-mobbiltà għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu terminazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol imwettqa fuq l-inizjattiva tal-persuna li timpjega għal raġuni waħda jew iktar mhux inerenti għall-persuna tal-ħaddiema, b’tali mod li dawn għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tan-numru totali ta’ tkeċċijiet imwettqa?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, meta n-numru ta’ tkeċċijiet ippjanati jkun jeċċedi n-numru ta’ tkeċċijiet previsti fl-Artikolu 1[1] (a) tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq, l-Artikolu 2(2) sa (4) tad-Direttiva 98/59/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informar u l-konsultazzjoni mal-kumitat tal-impriża qabel il-konklużjoni ta’ ftehim kollettiv dwar il-mobbiltà interna mal-organizzazzjonijiet sindakali rappreżentattivi, skont l-Artikolu L. 2242-21 et seq tal-Code du Travail (il-Kodiċi tax-Xogħol), jeżentaw lill-persuna li timpjega mill-obbligu li tinforma u tikkonsulta r-rappreżentanti tal-persunal?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327.