Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Mejju 2011 - Olymp Bezner vs UASI - Bellido (Olymp)

(Kawża T-203/09) 1

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invaldità - Trade mark Komunitarja verbali Olymp - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti OLIMPO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabblità ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li saru l-Artikolu 8(1)(b) u l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olymp Bezner GmbH & Co. KG (Bietigheim-Bissingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Eck u J. Dönch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Miguel Bellido, SA (rappreżentant: Manzanares, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta' Marzu 2009 (Każ R 531/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invaldità bejn Miguel Bellido, SA u Olymp Bezner GmbH & Co. KG

Dispożittiv

Ir rikors huwa miċħud.

Olymp Bezner GmbH & KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 167, 18.07.2009.