Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta' Mejju 2009 - Olymp Bezner vs UASI - Bellido (Olymp)

(Kawża T-203/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Olymp Bezner GmbH & Co. KG (Bietigheim-Bissingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Dönch u M. Eck, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Miguel Bellido, S.A. (Manzanares, Ciudad Real, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Marzu 2009 fil-Każ R 531/2008-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: It-trade mark verbali "Olymp" għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Spanjola tat-trade mark figurattiva "OLIMPO" għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja kkonċernata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appel: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) u tal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell għamel żball meta kkonkluda li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni, minħabba l-fatt li t-trade marks ikkonċernati ma jixxibhux la mill-aspett viżwali, la mill-aspett tas-smigħ u lanqas mill-aspett kunċettwali.

____________