Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Marzu 2011 - Access Info Europe vs Il-Kunsill

(Kawża T-233/09)1

"Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokument li jirrigwarda proċedura leġiżlattiva pendenti - Rifjut parzjali ta' aċċess - Rikors għal annullament - Terminu tar-rikors - Ammissibbiltà - Żvelar minn parti terza - Nuqqas ta' telf tal-interess ġuridiku - Identifikazzjoni tad-delegati tal-Istati Membri awturi tal-proposti - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Access Info Europe (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: O. W. Brouwer u J. Blockx, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Fekete u M. Bauer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna u K. Boskovits, aġenti); u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Ossowski, aġenti, assistiti minn L. J. Stratford, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2009 li tirrifjuta l-aċċess għal ċerta informazzjoni li hemm fin-nota tas-26 ta' Novembru 2008, dwar proposta għal regolament dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta' Frar 2009 li tirrifjuta l-aċċess għal ċerta informazzjoni li hemm fin-nota tas-26 ta' Novembru 2008, dwar proposta għal regolament dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, hija annullata.

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Access Info Europe.

Ir-Repubblika Ellenika u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 205, 29.8.2009.