Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ġunju 2008 - Paul Alfons Rehbein vs UASI - Hervé Dias Martinho u Manuel Dias Martinho (Outburst)

(Kawża T-214/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Alfons Rehbein (GmbH & Co.) KG (Glinde, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. E. Lampel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Hervé Dias Martinho u Manuel Carlos Dias Martinho (Le Plessis Trévise, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta' Marzu 2008 fil-Każ R 1261/2007-2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-partijiet l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "Outburst" għal prodotti fil-klassijiet 16, 18 u 25 - Applikazzjoni Nru 4 318 333

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: It-trade mark nazzjonali verbali "Outburst" għal prodotti fil-klassi 25 - Reġistrazzjoni Ġermaniża tat-trade mark Nru 399 40 713

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Ċaħda totali ta' l-oppożizzjoni

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell

Motivi invokati: Il-ksur ta' l-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, peress li t-trade mark nazzjonali preċedenti kienet intużat b'mod ġenwin għall-prodotti u s-servizzi li għalihom ġiet irreġistrata; ksur ta' l-Artikolu 76(1)(f) ta' l-imsemmi regolament, peress li l-Bord ta' l-Appell żbalja meta naqas milli jikkunsidra d-dikjarazzjoni ġuramentata tal-managing director tar-rikorrenti; ksur ta' l-Artikolu 74(2) ta' dan ir-regolament u tar-regola 22(1) u (2) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 1, peress li elementi ulterjuri ta' prova forniti fil-fażi ta' l-appell mill-proċedimenti ta' oppożizzjoni huma ammissibbli u kellhom jiġu kkunsidrati sabiex jiġi evalwat l-użu ġenwin tat-trade mark li fuqha hi bbażata l-oppożizzjoni; ksur tad-dritt tar-rikorrenti li tinstema', peress li l-Bord ta' l-Appell imissu kkunsidra provi dwar l-użu proddotti wara l-iskadenza tat-terminu.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta' Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 1)