Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-26 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Suceava – ir-Rumanija) – Zabrus Siret SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi - Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava

(Kawża C-81/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Direttiva 2006/112/KE – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Dritt għar-rimbors tal-VAT – Tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt perijodu ta’ taxxa li diġà kien suġġett għal kontroll fiskali konkluż – Leġiżlazzjoni nazzjonali – Possibbiltà għall-persuna taxxabbli li tirrettifika d-dikjarazzjonijiet fiskali li diġà kienu suġġetti għal kontroll fiskali – Esklużjoni – Prinċipju ta’ effettività – Newtralità fiskali – Ċertezza legali)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Suceava

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zabrus Siret SRL

Konvenuta: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Iaşi - Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Suceava

Dispożittiv

L-Artikoli 167, 168, 179, 180 u 182 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010 kif ukoll il-prinċipji ta’ effettività, ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, b’deroga mit-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin stabbilit mid-dritt nazzjonali għar-rettifika tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), tipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, lil persuna taxxabbli milli twettaq tali rettifika sabiex tinvoka d-dritt tagħha għal tnaqqis għas-sempliċi raġuni li din ir-rettifika tirrigwarda perijodu li diġà kien suġġett għal kontroll fiskali.

____________

1     ĠU C 161, 22.5.2017