Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Senz Technologies vs UASI – Impliva (Umbrelel)

(Kawża magħquda T-22/13 u T-23/13) 1

(“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinni Komunitarji rreġistrati li jirrappreżentaw umbrelel – Raġuni għal invalidità – Żvelar tad-disinn preċedenti – Disinn preċedenti kkostitwit minn privattiv Amerikan – Ċirkli speċjalizzati tas-settur ikkonċernat – Utent informat – Grad ta’ attenzjoni tal-utent informat – Prodotti tal-moda – Grad ta’ libertà tad-disinjatur – Karattru individwali – Impressjoni ġenerali differenti – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Senz Technologies BV (Delft, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment minn W. Hoyng u C. Zeri, sussegwentement minn W. Hoyng u I. de Bruijn, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Mattina, sussegwentement minn A. Folliard-Monguiral, aġenti)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Impliva BV (Mijdrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: C. Gielen u A. Verschuur, avukati)SuġġettŻewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Settembru 2012 (Każijiet R 2453/2010-3 u R 2459/2010-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Impliva BV u Senz Technologies BV.DispożittivId-deċiżjonijiet tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta’ Settembru 2012 (Każijiet R 2453/2010-3 u R 2459/2010-3), huma annullati.Impliva BV għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, terz tal-ispejjeż ta’ Senz Technolo

gies BV.Senz Technologies għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.