Language of document : ECLI:EU:T:2015:520





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Ġunju 2015 —
Frank Bold vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑19/13)

“Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Deċiżjoni li tagħti lir-Repubblika Ċeka l-għażla ta’ allokazzjoni tranżitorja ta’ kwoti mingħajr ħlas għall-modernizzazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku — Talba għal reviżjoni interna tad-deċiżjoni — Assenza ta’ miżura ta’ portata individwali — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara t-talba għal reviżjoni inammissibbli — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti lil Stat Membru l-għażla ta’ allokazzjoni tranżitorja ta’ kwoti mingħajr ħlas għall-modernizzazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku — Att ta’ portata ġenerali — Assenza ta’ att amministrattiv li jista’ jkun is-suġġett ta’ talba għal reviżjoni interna skont ir-Regolament Nru 1367/2006 (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006, Artikoli 2(1)(g) u 10(1); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 9 u 10c) (ara l-punti 33-45)

2.                     Ftehimiet internazzjonali — Ftehimiet tal-Unjoni — Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) — Effetti — Supremazija fuq l-atti ta’ dritt sekondarju tal-Unjoni — Eżami tal-legalità ta’ att ta’ dritt sekondarju tal-Unjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni — Kundizzjonijiet — Dispożizzjonijiet li ma humiex ta’ natura inkondizzjonali u suffiċjentement preċiża — Esklużjoni (Artikolu 216(2) TFUE; Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 9(3); Regolament tal-Parlament u tal-Kunsill Nru 1367/2006, Artikolu 10(1)) (ara l-punti 52-54)

3.                     Ambjent — Tniġġis atmosferiku — Direttiva 2003/87 — Pjan nazzjonali ta’ allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra (PNA) — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Adozzjoni ta’ gwida għall-implementazzjoni tad-Direttiva — Portata — Awtolimitazzjoni tas-setgħa tal-Kummissjoni — Dritt tal-Istati Membri destinatarji li jopponu fil-konfront tagħha din il-gwida (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87) (ara l-punti 62, 63)

Suġġett

Talba għal annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8382 finali tat-12 ta’ Novembru 2012, li tiċħad bħala inammissibbli t-talba għal reviżjoni interna tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4576 finali, tas-6 ta’ Lulju 2012, li tagħti lir-Repubblika Ċeka l-għażla ta’ allokazzjoni tranżitorja ta’ kwoti mingħajr ħlas għall-modernizzazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku u, min-naħa l-oħra, ta’ din l-aħħar deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Frank Bold Society hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.