Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ April 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budapest Környéki Törvényszék - l-Ungerija) – YG, NI vs AXA Bank Europe SA, OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt.

(Kawża C-628/23 1 , AXA Bank Europe et)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit ta’ preżentazzjoni tal-kuntest leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali – Rekwiżit ta’ indikazzjoni tar-raġunijiet li jiġġustifikaw il-bżonn ta’ risposta mill-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll tar-rabta bejn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li hija mitluba l-interpretazzjoni tagħhom u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli – Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapest Környéki Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: YG, NI

Konvenuti: AXA Bank Europe SA, OTP Bank Nyrt., OTP Faktoring Követeléskezelő Zrt.

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Törvényszék (il-Qorti Reġjonali ta’ Budapest, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tal-21 ta’ Settembru 2023, hija manifestament inammissibbli.

____________

1     ĠU C, C/2024/628.