Language of document : ECLI:EU:T:2011:732





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2011 – Konsum Nord vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-244/08)

“Għajnuna mill-Istat – Prezz tal-bejgħ ta’ art – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha – Kriterju ta’ investitur privat – Determinazzjoni tal-prezz tas-suq”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Natura legali - Interpretazzjoni bbażata fuq elementi oġġettivi - Stħarriġ ġudizzjarju - Portata (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 37, 38)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tat-tranżazzjoni inkwistjoni u tal-kuntest tagħha - Bejgħ ta’ art li jagħmel parti minn sensiela ta’ tranżazzjonijiet marbuta u intiżi sabiex jippermettu l-implementazzjoni ta’ pjan ta’ urbaniżmu (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 56-58)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Evalwazzjoni skont il-kriterju ta’ investitur privat - Evalwazzjoni fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tat-tranżazzjoni inkwistjoni u tal-kuntest tagħha - Bejgħ ta’ art minn awtorità pubblika lil persuna privata minkejja l-eżistenza ta’ offerta li tinkludi prezz iktar għoli - Paragunabbiltà bejn iż-żewġ offerti - Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 61-63, 65, 72, 76)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/366/KE, tat-30 ta’ Jannar 2008, dwar għajnuna mill-Istat C 35/06 (ex NN 37/06) implimentata mill-Iżvezja għal Konsum Jämtland Ekonomisk Förening (ĠU L 126, p. 3).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/366/KE, tat-30 ta’ Jannar 2008, dwar għajnuna mill-Istat C 35/06 (ex NN 37/06) implimentata mill-Iżvezja għal Konsum Jämtland Ekonomisk Förening, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Konsum Nord ekonomisk förening