Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Ġunju 2008 - Procter & Gamble vs UASI - Laboratorios Alcala Farma (oli)

(Kawża T-240/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Procter & Gamble Company (Cincinnati, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: N. Beckett u T. Scourfield, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell : Laboratorios Alcala Farma SL (Alcala de Henares, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta' April 2008 fil-każ R 1481/2007-2 u tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta' Lulju 2007 fil- proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru B 893 216;

tilqa' l-oppożizzjoni tar-rikorrenti fir-rigward tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja ta' l-applikazzjoni ta' l-4 ta' Ottubru 2004 għat-trade mark figurattiva "oli" għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5;

tordna lill-UASI jirrifjuta r-reġistrazzjoni ta' l-imsemmija applikazzjoni ta' l-4 ta' Ottubru 2004; u

tikkundanna lill-partijiet l-oħra għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord ta' l-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "oli" għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 - Applikazzjoni Nru 4 059 176

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: It-trade marks Komunitarji "OLAY" għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: Tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Jiċħad l-appell

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade marks ikkonċernati huma simili u l-użu tat-trade mark li għalih saret l-applikazzjoni probabbilment jikkawża konfużjoni.

____________