Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Ġunju 2008 - CBI u Abisp vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-241/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Coordination Bruxelloise d'Institutions sociales et de santé (CBI) (Brussell, il-Belġju) u Association Bruxelloise des Institutions de Soins Privées (Abisp) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Waelbroeck, avukat, u D. Slater, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni konfermatorja tal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' April 2008 li tikkonferma, skond ir-rikorrenti, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-10 ta' Jannar 2008 li ċaħdet l-ilment tagħhom ippreżentat fis-7 ta' Settembru u fis-17 ta' Ottubru 2005 kontra l-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Renju tal-Belġju lil sptarijiet pubbliċi tan-netwerk Iris tar-Reġjun ta' Bruxelles-Capitale u li ċaħdet li tiftaħ il-proċedura formali ta' eżami ta' l-għajnuna in kwistjoni skond l-Artikolu 88(2) KE.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali msemmija mir-rikorrenti huma identiċi għal dawk imsemmija fil-kuntest tal-kawża T-128/08, CBI u Abisp vs Il-Kummissjoni1.

____________

1 - ĠU 2008, C 142, p. 30.