Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Ġunju 2008 - Ravensburger vs UASI - Educa Borras (EDUCA Memory game)

(Kawża T-243/08)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ravensburger AG (Ravensburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger, avukat, u R. Kunze, avukat u prokuratur legali)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Educa Borras SA (Sant Quirze del Valles, Barcelona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta' April 2008 fil-Kawża R 597/2007 2; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità : It-trade mark figurattiva "EDUCA Memory game" għal prodotti fil-klassi 28 - Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 495 036

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja : Ir-rikorrenti

Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità : It-trade mark verbali internazzjonali "MEMORY" bir-reġistrazzjoni Nru R 393 512; it-trade mark verbali tal-Benelux "MEMORY" bir-reġistrazzjoni Nru 38 328; it-trade mark verbali Ġermaniża "MEMORY" bir-reġistrazzjoni Nru 964 625

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni : Invalidità tat-trade mark Komunitarja kkonċernata

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell : Annullament tad-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati : (i) ksur ta' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell żbalja meta kkonkluda li l-element potenzjalment kollużiv fit-trade mark Komunitarja kkonċernata huwa ta' natura purament deskrittiva u li b'hekk ma jistax joħloq probabbiltà ta' konfużjoni mat-trade marks preċedenti tar-rikorrenti; (ii) ksur ta' l-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell żbalja meta eżiġa li r-rikorrenti tipprova l-probabbiltà ta' konfużjoni; (iii) ksur ta' l-Artikolu 74 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell ma kkunsidrax b'mod xieraq il-prattika tat-tikkettar tas-suq rilevanti; (iv) ksur ta' l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord ta' l-Appell naqas milli jżomm seduta, kif mitlub mir-rikorrenti.

____________