Language of document : ECLI:EU:T:2009:258





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 – Procter & Gamble vs UASI - Laboratorios Alcala Farma (oli)

(Kawża T‑240/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva oli – Trade marks Komunitarji verbali preċedenti OLAY – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 28, 45, 54)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ April 2008 (Każ R 1481/2007‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Procter & Gamble Company u Laboratorios Alcala Farma, SL.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Laboratorios Alcala Farma, SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva oli għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 – Applikazzjoni Nru 4059176

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

The Procter & Gamble Company

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks Komunitarji OLAY għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Procter & Gamble Company hija kkundannata għall-ispejjeż.