Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-1 ta' Lulju 2008 - Deutsche Post vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-266/02)1

("Għajnuna mill-Istat - Miżuri meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi favur id-Deutsche Post AG - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Servizz ta' interess ekonomiku ġenerali - Kumpens ta' spejjeż addizzjonali ġġenerati minn politika ta' bejgħ b'telf fis-settur tat-trasport ta' pakketti bieb bieb - Nuqqas ta' vantaġġ")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Sedemund u T. Lübbig, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Kreuschitz u J. Flett, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: W.-D. Plessing u M. Lumma, aġenti)

Intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Bundesverband Internationaler Express- und Kurierdienste eV (BIEK) (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Mitzkus, T. Wambach et R. Wojtek, avukati); u UPS Europe NV/SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment T. Ottervanger u A. Bijleveld, u sussegwentement T. Ottervanger, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/753/KE, tad-19 ta' Ġunju 2002, dwar miżuri meħuda mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur id-Deutsche Post AG (ĠU L 247, p. 27).

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/753/KE, tad-19 ta' Ġunju 2002, dwar miżuri meħuda mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur id-Deutsche Post AG hija annullata.

2)    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Deutsche Post.

3)    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, Bundesverband Internationaler Express- und Kurierdienste eV (BIEK) u UPS Europe NV/SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 274, 9.11.2002.