Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tat-8 ta' Settembru 2011 - Fulmen vs Il-Kunsill
(Kawża T-439/10 R)
("Miżuri provviżorji - Politika barranija u tas-sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran intiżi sabiex jipprojbixxu l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza")
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Fulmen (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: A. Kronshagen, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, T. Scharf u E. Cujo, aġenti)
Suġġett
Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-atti kkontestati segwenti, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent:
- id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/CFSP, tas-26 ta' Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39);
- ir-Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta' Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25);
- id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta' Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU L 281, p. 81);
- ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta' Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1).
Dispożittiv
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
L-ispejjeż huma rriżervati.
____________