Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Settembru 2013 – G-Star Raw vs UASI - PepsiCo (PEPSI RAW)
(Kawża T-473/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: G-Star Raw CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. van Manen, M. van de Braak u L. Fresco, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: PepsiCo, Inc. (New York, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks and Designs) (UASI) tal-25 ta’ Ġunju 2013 mogħtija fil-Każ R 1586/2012-2;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri;
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, kemm-il darba tintervjeni, kif ukoll għal dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem l-UASI.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “PEPSI RAW” għal prodotti fil-klassi 32 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 788 004
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “RAW” għal prodotti fil-klassi 25 – Trade mark Komunitarja Nru 4 743 225
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa u l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ trade mark miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitajra.