Language of document : ECLI:EU:C:2009:34

KONKLUŻJONIJIET TAL‑AVUKAT ĠENERALI

TRSTENJAK

ippreżentati fis‑27 ta’ Jannar 2009 1(1)

Kawża C‑533/07

Falco Privatstiftung u

Thomas Rabitsch

vs

Gisela Weller‑Lindhorst

(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill‑Oberster Gerichtshof (l‑Awstrija))

“Regolament (KE) Nru 44/2001 – Artikolu 5(1) – Ġurisdizzjoni f’materji kuntrattwali – Kuntratt li għandu bħala suġġett il‑provvista ta’ servizzi – Kunċett ta’ ‘servizzi’ – Kuntratt ta’ liċenzja – Drittijiet ta’ proprjetà intellettwali – Kontinwità mal‑interpretazzjoni tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell”






Werrej


I –   Introduzzjoni

II – Il‑kuntest ġuridiku

A –   Ir‑Regolament Nru 44/2001

B –   Il‑Konvenzjoni ta’ Brussell

III – Il‑fatti, il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari

IV – Il‑proċeduri quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja

V –   Argumenti tal‑partijiet

A –   L‑ewwel domanda preliminari

B –   It‑tieni domanda preliminari

C –   It‑tielet domanda preliminari

VI – Evalwazzjoni tal‑Avukat Ġenerali

A –   Introduzzjoni

B –   L‑ewwel domanda preliminari

1.     Elementi karatteristiċi tal‑kuntratt ta’ liċenzja

2.     Intepretazzjoni tat‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001

a)     Definizzjoni astratta tal‑kunċett ta’ “servizzi” fit‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001

b)     Analoġija parzjali bid‑definizzjoni tas‑servizzi fid‑dritt Komunitarju primarju

c)     Importanza ta’ interpretazzjoni uniformi tar‑Regolament Nru 44/2001 u tar‑Regolament Ruma I

d)     Impossibbiltà ta’ analoġija mad‑definizzjoni tas‑servizzi fil‑kuntest tar‑regoli Komunitarji dwar it‑taxxa fuq il‑valur miżjud

e)     Il‑pożizzjoni fid‑duttrina

3.     Konklużjoni

C –   It‑tieni domanda preliminari

D –   It‑tielet domanda prelimiari

1.     Emenda tar‑regoli ta’ ġurisdizzjoni fil‑kawżi ta’ natura kuntrattwali: mill‑Konvenzjoni ta’ Brussell sar‑Regolament Nru 44/2001

a)     Interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell

b)     Raġunijiet li jiġġustifikaw emenda tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell

c)     Ir‑reazzjoni għall‑kritika: l‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001

2.     Interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1)(a) u (ċ) tar‑Regolament Nru 44/2001

3.     Rilevanza tas‑sentenza Besix f’dan il‑każ

4.     Konklużjoni

VII – Konklużjonijiet

I –    Introduzzjoni

1.        Kważi l‑ebda dispożizzjoni oħra tad‑dritt Komunitarju ma kienet is‑suġġett, meta ġiet adottata, ta’ negozjati tant akkaniti u b’eżitu imprevedibbli, kif ukoll fil‑mira ta’ ħafna reazzjonijiet ta’ kritika f’sede akkademika, daqs l‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat‑22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (l‑hekk imsejjaħ Regolament Brussell I; iktar ’il quddiem, ir‑“Regolament Nru 44/2001”) (2), liema artikolu huwa intiż għad‑determinazzjoni tal‑li għandha ġurisdizzjoni fil‑kawżi ta’ natura kuntrattwali. Dan l‑artikolu ssostitwixxa, fil‑kuntest tar‑relazzjonijiet bejn l‑Istati Membri tal‑Komunità, l‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell tas‑27 ta’ Settembru 1968 dwar il‑ġurisdizzjoni u r‑rikonoxximent u l‑eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (3) (iktar ’il quddiem, il‑“Konvenzjoni ta’ Brussell”). Għal din ir‑raġuni, fl‑interpretazzjoni ta’ dan l‑artikolu, il‑Qorti tal‑Ġustizzja għandha tieħu iktar inkunsiderazzjoni r‑rieda tal‑leġiżlatur Komunitarju. Fl‑istess ħin il‑Qorti tal‑Ġustizzja għandha tkompli fejn waqaf il‑leġiżlatur billi tittratta l‑kwistjoni diffiċli li tiddefinixxi b’mod preċiż il‑kunċetti li jinsabu fl‑artikolu inkwistjoni u tiddetermina l‑ġurisdizzjoni fir‑rigward ta’ tipi individwali ta’ kuntratti.

2.        F’din il‑kawża qed jiġi mistoqsi jekk, għall‑finijiet tad‑determinazzjoni tal‑qorti li għandha ġurisdizzjoni, il‑kuntratt – konkluż bejn partijiet minn Stati Membri differenti – li permezz tiegħu l‑proprjetarju ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali jagħti lill‑kontroparti l‑jedd li juża dan id‑dritt (kuntratt ta’ liċenzja (4)) jistax jiġi kkunsidrat li huwa kuntratt li għandu bħala suġġett il‑provvista ta’ servizz skont it‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b), tar‑Regolament Nru 44/2001. Fl‑istess ħin, din il‑kawża tirrigwarda l‑kwistjoni dwar jekk fl‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001 hemmx il‑ħtieġa li tiġi żgurata l‑kontinwità mal‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell.

3.        It‑talba għal deċiżjoni preliminari tressqet fil‑kuntest ta’ kwistjoni bejn il‑fundazzjoni Falco Privatstiftung u Thomas Rabitsch, partijiet rikorrenti kontra Gisela Weller‑Lindhorst, parti konvenuta, u s‑suġġett tagħha huwa n‑nuqqas ta’ ħlas ta’ drittijiet ta’ liċenzja li l‑konvenuta hija allegatament debitriċi fil‑konfront tar‑rikorrenti bis‑saħħa ta’ kuntratt ta’ liċenzja; permezz ta’ dan il‑kuntratt il‑konvenuta kisbet liċenzja għall‑bejgħ ta’ vidjos ta’ kunċert li fuqu r‑rikorrenti kellhom drittijiet tal‑awtur.

II – Il‑kuntest ġuridiku

A –    Ir‑Regolament Nru 44/2001

4.        Skont il‑premessa 2 tar‑Regolament Nru 44/2001:

“Ċerti differenzi bejn regoli nazzjonali li jirregolaw il‑ġurisdizzjoni u r‑rikonoxximent ta’ sentenzi jfixklu l‑operat tajjeb tas‑suq intern. Disposizzjonijiet biex jiġu unifikati r‑regoli ta’ kunflitt ta’ ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali u sabiex jħaffu l‑formalitajiet bl‑iskop ta’ għarfien malajr u sempliċi u l‑eżekuzzjoni ta’ sentenzi minn Stati Membri marbuta b’dan ir‑Regolament huma essenzjali”.

5.        Skont ilpremessa 12 tar‑Regolament Nru 44/2001:

“B’żieda mad‑domiċilju tal‑konvenut, għandu jkun hemm bażi alternattiva ta’ ġurisdizzjoni bbażata fuq rabta mill‑qrib bejn il‑qorti u l‑azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata amministrazzjoni tajba tal‑ġustizzja”.

6.        Skont il‑premessa 19 ta’ dan ir‑regolament:

“Għandha tiġi żgurata l‑kontinwità bejn il‑Konvenzjoni ta’ Brussel u dan ir‑Regolament, u għandhom jintalbu għal dan il‑għan disposizzjonijiet transitorji. L‑istess ħtieġa għal kontinwità tapplika għall‑interpretazzjoni tal‑Konvenzjoni ta’ Brussel mill‑Qorti tal‑Ġustizzja tal‑Komunitajiet Ewropej u tal‑Protokolli tal‑1971 għandhom jibqgħu japplikaw ukoll f’każijiet diġà pendenti meta dan ir‑Regolament jidħol fis‑seħħ”.

7.        Ir‑Regolament Nru 44/2001 jinkludi regoli dwar ġurisdizzjoni fil‑Kapitolu II intitolat “Ġurisdizzjoni”.

8.        Fis‑Sezzjoni 1 ta’ dan il‑Kapitolu fuq il‑ġurisdizzjoni, intitolata “Dispożizzjonijiet Ġenerali” l‑Artikolu 2(1) jistabbilixxi dan li ġej:

“Bla preġudizzju għal dan ir‑Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min‑nazzjonalità tagħhom, jiġu mfittxija fil‑qrati ta’ dak l‑Istat Membru”.

9.        Fil‑kuntest tal‑istess Sezzjoni 1 tal‑Kapitolu II, l‑Artikolu 3(1) jgħid hekk:

“Persuni domiċiljati fi Stat Membru jistgħu jiġi mfittxija fil‑qrati ta’ Stat Membru ieħor biss bis‑saħħa tar‑regoli mniżżla f’Sezzjonijiet 2 sa 7 ta’ dan il‑Kapitolu”.

10.      Fis‑Sezzjoni 2 tal‑Kapitolu fuq il‑ġurisdizzjoni bl‑isem “Ġurisdizzjoni Speċjali” nsibu l‑Artikolu 5 li jgħid hekk:

“Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxijja:

1) (a) f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt, fil‑qrati tal‑post tat‑twettieq ta’ l‑obbligi f’dak il‑każ;

(b)      għall‑iskopijiet ta’ din id‑disposizzjoni u sa kemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il‑post tat‑twettieq ta' l‑obbligi f’dak il‑każ għandu jkun:

–        fil‑każ ta’ bejgħ ta’ oġġetti, il‑post fl‑Istat Membru fejn, skond il‑kuntratt, l‑oġġetti ġew kunsinjati jew suppost li kienu kunsinjati,

–        fil‑każ ta’ provvista ta’ servizzi, il‑post fl‑Istat Membru fejn, skond il‑kuntratt, fejn ġew provduti jew suppost li kienu provduti servizzi;

(ċ)      jekk sub‑paragrafu (b) ma japplikax, japplika s‑sub‑paragrafu (a);

[…]

3)       f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt, fil‑qrati tal‑post fejn l‑effett tal‑ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq;

[…]”

B –    Il‑Konvenzjoni ta’ Brussell

11.      L‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell jgħid hekk:

“Il‑konvenut domiċiljat fit‑territorju ta’ Stat kontraenti jista’ jiġi mħarrek fi Stat kontraenti ieħor:

1      f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt, fil‑qrati tal‑post tat‑twettiq tal‑obbligi f’dak il‑każ; […]”. [traduzzjoni mhux uffiċjali]

III – Il‑fatti, il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari

12.      Mid‑digriet tar‑rinviju jirriżulta li l‑ewwel waħda miż‑żewġ partijiet rikorrenti fil‑kawża prinċipali, Falco Privatstiftung, hija fondazzjoni b’sede fi Vjenna (l‑Awstrija), li tieħu ħsieb l‑amministrazzjoni tad‑drittijiet tal‑awtur tal‑kantant mejjet ta’ nazzjonalità Awstrijaka Falco. It‑tieni rikorrent huwa Thomas Rabitsch, iddomiċiljat fi Vjenna, ex membru tal‑grupp mużikali ta’ dan il‑kantant. Il‑konvenuta, Gisela Weller‑Lindhorst, li għandha d‑domiċilju tagħha fi Munich (il‑Ġermanja) biegħet reġistrazzjonijiet vidjo (DVDs) u awdjo (CDs) ta’ kunċert li kien għamel il‑kantant u l‑grupp tiegħu fl‑1993. Il‑konvenuta kkonkludiet mar‑rikorrenti kuntratt ta’ liċenzja dwar ir‑reġistrazzjonijiet tal‑vidjo ta’ dan il‑kunċert, li abbażi tiegħu kisbet id‑dritt ta’ bejgħ tagħhom għat‑territorji tal‑Awstrija, tal‑Ġermanja u tal‑Iżvizzera. Għalkemm il‑partijiet fil‑kwistjoni kienu ftehmu fuq edizzjoni waħda ta’ compact disc promozzjonali b’reġistrazzjoni awdjo ta’ dan il‑kunċert, il‑konvenuta ma kienet stipulat mar‑rikorrent l‑ebda kuntratt ta’ liċenzja dwar ir‑reġistrazzjonijiet awdjo. L‑iskop tal‑compact disc promozzjonali kien biss li tiġi ppubbliċizzata r‑reġistrazzjoni vidjo ta’ dan il‑kunċert.

13.      Fil‑proċeduri quddiem il‑Handelsgericht Wien (Tribunal tal‑Kummerċ ta’ Vjenna), qorti tal‑ewwel istanza, ir‑rikorrenti talbu, fl‑ewwel lok, li l‑konvenuta tiġi kkundannata tħallas id‑drittijiet ta’ liċenzja dovuti fuq il‑volumi ta’ bejgħ magħrufa sa dakinhar tar‑reġistrazzjonijiet vidjo ta’ dan il‑kunċert, li jammontaw għal EUR 20 084.04, u, fit‑tieni lok, li l‑istess konvenuta tiġi kkundannata tagħti rendikont fir‑rigward tal‑bejgħ kollu tar‑reġistrazzjonijiet vidjo u awdjo u biex tħallas id‑drittijiet ta’ liċenzja għar‑reġistrazzjonijiet vidjo ulterjorment dovuti abbażi ta’ x’jirriżulta minn dan ir‑rendikont, kif ukoll għall‑ħlas ta’ kumpens u remunerazzjoni adegwata għar‑reġistrazzjonijiet awdjo. Ir‑rikorrenti talbu l‑ħlas ta’ dawn l‑ammonti li jikkonċernaw ir‑reġistrazzjonijiet vidjo abbażi tal‑kuntratt ta’ liċenzja, filwaqt li għar‑reġistrazzjonijiet awdjo sostnew li kien hemm ksur tad‑drittijiet tal‑awtur dovuti lilhom fuq ir‑reġistrazzjonijiet tal‑kunċert inkwistjoni.

14.      Il‑qorti tal‑ewwel istanza affermat il‑ġurisdizzjoni tagħha abbażi tal‑Artikolu 5(3) tar‑Regolament Nru 44/2001 li jirregola l‑ġurisdizzjoni f’kawżi ta’ delitt jew kważi delitt. Abbażi ta’ din id‑dispożizzjoni, hija ddikjarat lilha nfisha kompetenti biex tieħu konjizzjoni tat‑talba bbażata fuq il‑ksur tad‑drittijiet tal‑awtur dwar reġistrazzjonijiet awdjo, billi dawn inbiegħu wkoll fl‑Awstrija. Minħabba l‑konnessjoni mill‑qrib bejn it‑talba ta’ ħlas tad‑drittijiet għar‑reġistrazzjonijiet vidjo, ibbażata fuq il‑kuntratt ta’ liċenzja, u t‑talba bbażata fuq il‑ksur tad‑drittijiet tal‑awtur, il‑qorti tal‑ewwel istanza ddikjarat lilha nfisha kompetenti wkoll fir‑rigward tad‑domanda bbażata fuq dan il‑kuntratt ta’ liċenzja.

15.      Fis‑sentenza tal‑appell, l‑Oberlandesgericht Wien (il‑Qorti tal‑Appell ta’ Vjenna) ikkonfermat il‑ġurisdizzjoni tagħha fir‑rigward tat‑talba ta’ ħlas ta’ kumpens adegwat għall‑ksur tad‑drittijiet tal‑awtur, skont l‑Artikolu 5(3) tar‑Regolament Nru 44/2001. Min‑naħa l‑oħra hija ddikjarat li ma kellhiex ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi fuq it‑talba ta’ ħlas tad‑drittijiet ta’ liċenzja għar‑reġistrazzjonijiet vidjo bbażati fuq il‑kuntratt ta’ liċenzja, u għalhekk ċaħdet parzjalment dan ir‑rikors. Hija sostniet li din it‑talba għandha tiġi deċiża mill‑qorti li għandha ġurisdizzjoni skont l‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001 li jirregola l‑ġurisdizzjoni fil‑kawżi ta’ natura kuntrattwali. F’dan ir‑rigward, din il‑qorti tal‑appell enfasizzat li l‑obbligu prinċipali li jirriżulta mill‑kuntratt ta’ liċenzja huwa obbligu ta’ flus li, kemm skont id‑dritt Awstrijak kif ukoll skont dak Ġermaniż, għandu jiġi eżegwit fid‑domiċilju tad‑debitur, u din hija r‑raġuni għaliex il‑ġurisdizzjoni biex tinstema’ din it‑talba ġudizzjarja hija tal‑qrati Ġermanizi. Hija enfasizzat ukoll li l‑ġurisdizzjoni ma tistax tiġi ddeterminata skont l‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001 peress li s‑suġġett tal‑kuntratt ta’ liċenzja mhuwiex provvista ta’ servizz skont din id‑dispożizzjoni. Ir‑rikorrenti ressqu rikors fil‑kassazzjoni quddiem l‑Oberster Gerichtshof (Qorti Suprema ta’ Kassazzjoni) kontra din is‑sentenza tal‑qorti tal‑appell.

16.      Fid‑digriet tar‑rinviju l‑Oberster Gerichtshof tafferma li l‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001 ma jikkomportax definizzjoni tat‑terminu “servizzi”. Minħabba t‑tifsira wiesgħa ta’ dan il‑kunċett fil‑ġurisprudenza fuq is‑suġġett ta’ libertà ta’ provvista tas‑servizzi (5) kif ukoll tar‑regoli Komunitarji li jirrigwardaw it‑taxxa fuq il‑valur miżjud (6), il‑qorti tar‑rinviju tistaqsi jekk il‑kuntratt li permezz tiegħu proprjetarju ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali jagħti lill‑kontroparti l‑jedd li tuża dan id‑dritt (jiġifieri kuntratt ta’ liċenzja) jistax ikun kuntratt li jkollu bħala suġġett provvista ta’ servizzi skont l‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001.

17.      Fil‑każ fejn il‑kuntratt ta’ liċenzja jista’ jkun kuntratt li jkollu bħala suġġett provvista ta’ servizzi skont l‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001, il‑qorti tar‑rinviju tistaqsi wkoll f’liema post ingħataw dawn is‑servizzi abbażi tal‑kuntratt imsemmi iktar ’il fuq. F’dan il‑kuntest, hija tindika li l‑liċenzja ngħatat lill‑konvenuta għal żewġ Stati Membri (jiġifieri l‑Awstrija u l‑Ġermanja) u Stat terz (l‑Iżvizzera). Il‑partijiet rikorrenti, li taw il‑liċenzja, għandhom rispettivament is‑sede amministrattiva ċentrali tagħhom u d‑domiċilju tagħhom fl‑Awstrija, filwaqt li l‑konvenuta, li kisbet il‑liċenzja, hija ddomiċiljata fil‑Ġermanja.

18.      Il‑qorti tar‑rinviju ssostni li huma tnejn il‑postijiet li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala l‑post fejn ġew ipprovduti s‑servizzi. Minn naħa, dan il‑post jista’ jkun kwalunkwe post ġewwa l‑Istat Membru li fih ġie awtorizzat l‑użu tad‑dritt abbażi tal‑kuntratt ta’ liċenzja u fejn dan id‑dritt fil‑fatt jintuża. Min‑naħa l‑oħra, dan il‑post jista’ jkun is‑sede amministrattiva ċentrali jew tad‑domiċilju tas‑suġġett li jagħti l‑liċenzja. Il‑qorti tar‑rinviju tenfasizza li fiż‑żewġ każijiet, il‑ġurisdizzjoni biex tittieħed konjizzjoni tal‑kawża hija tal‑qorti Awstrijaka. Madankollu, fil‑fehma tagħha, deċiżjoni f’dan is‑sens tista’ tmur kontra l‑prinċipji stabbiliti fis‑sentenza Besix (7), fejn il‑Qorti tal‑Ġustizzja sostniet, b’referenza għall‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell, li din id‑dispożizzjoni ma tapplikax fil‑każ fejn il‑post ta’ eżekuzzjoni tal‑obbligu fil‑kawża ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, għar‑raġuni li l‑obbligu kuntrattwali kkontestat jikkonsisti f’impenn li wieħed ma jagħmilx ħaġa, li ma jirrikjedi l‑ebda restrizzjoni ġeografika u huwa, għaldaqstant, ikkaratterizzat minn pluralità ta’ postijiet fejn ġie jew għandu jiġi eżegwit; f’każ bħal dan, il‑ġurisdizzjoni tista’ tiġi ddeterminata biss bl‑applikazzjoni tal‑kriterju ġenerali ta’ ġurisdizzjoni stabbilit fl‑ewwel paragrafu tal‑Artikolu 2 ta’ din il‑Konvenzjoni (8).

19.      F’dan il‑kuntest, il‑qorti tar‑rinviju tistaqsi wkoll jekk il‑qorti li tqieset li għandha ġurisdizzjoni hijiex kompetenti tiddeċiedi wkoll fil‑mertu tal‑ħlasijiet għall‑użu tad‑drittijiet tal‑awtur li jsir fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz.

20.      Fil‑każ fejn il‑ġurisdizzjoni ma tistax tiġi ddeterminata abbażi tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament 44/2001, il‑qorti tar‑rinviju ssostni li jeħtieġ, b’applikazzjoni tal‑Artikolu 5(1)(ċ) ta’ dan ir‑Regolament, li tiġi stabbilita l‑ġurisdizzjoni skont is‑subparagrafu (a) tal‑istess Artikolu 5(1). F’dan il‑każ, skont is‑sentenza De Bloos (9), ikollu importanza deċiżiva għall‑finijiet tad‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni l‑post fejn jiġi eżegwit l‑obbligu kontenzjuż, jiġifieri l‑obbligu li huwa s‑suġġett tal‑kawża li nqalgħet bejn il‑partijiet. Kif jirriżulta mis‑sentenza Tessili (10), il‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu kontenzjuż huwa stabbilit abbażi tal‑liġi li, bis‑saħħa tar‑regoli ta’ dritt internazzjonali privat tal‑qorti kkonċernati, jirriżulta applikabbli għar‑relazzjoni kuntrattwali. F’dan il‑każ, il‑qrati Awstrijaċi ma jkollhomx ġurisdizzjoni, peress li, abbażi kemm tad‑dritt Awstrijak kif ukoll tad‑dritt Ġermaniż, l‑obbligu pekunjarju kontenzjuż għandu jiġi eżegwit fid‑domiċilju tal‑konvenuta, għaldaqstant fil‑Ġermanja, jiġifieri l‑ġurisdizzjoni għandha tkun tal‑qrati Ġermaniżi.

21.      F’dawn iċ‑ċirkustanzi, il‑qorti tar‑rinviju, permezz ta’ digriet tat‑13 ta’ Novembru 2007, iddeċiediet li tissospendi l‑proċedimenti quddiemha u li tagħmel id‑domandi preliminari li ġejjin lill‑Qorti tal‑Ġustizzja, skont l‑Artikoli 68 KE u 234 KE (11):

“1) Il‑kuntratt li bis‑saħħa tiegħu l‑proprjetarju ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali jagħti lill‑parti kontraenti l‑jedd li tisfrutta dan id‑dritt (kuntratt ta’ liċenzja) huwa kuntratt li għandu bħala suġġett il‑‘provvista ta’ servizzi’ fis‑sens tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat‑22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ir‑Regolament Brussell I)?

2) Jekk ir‑risposta għall‑ewwel domanda tkun fil‑pożittiv:

2.1) Is‑servizz huwa pprovdut f’kull post fi Stat Membru fejn l‑użu tad‑dritt huwa permess abbażi tal‑kuntratt u fejn fil‑fatt jiġi użat?

2.2) Jew inkella dan is‑servizz huwa pprovdut fil‑post tad‑domiċilju jew, fil‑post fejn huwa stabbilit min jikkonċedi l‑liċenzja?

2.3) Jekk ir‑risposta għat‑tieni domanda, punt (a) jew għat‑tieni domanda, punt (b) tkun fil‑pożittiv, il‑li għandha ġurisdizzjoni għandha wkoll is‑setgħa li tiddeċiedi dwar ir‑royalties dovuti abbażi tal‑użu tad‑dritt fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz?

3) Jekk ir‑risposta għall‑ewwel domanda, jew għat‑tieni domanda, punt (a) kif ukoll għat‑tieni domanda, punt (b) tkun fin‑negattiv, il‑ġurisdizzjoni fir‑rigward tal‑ħlas tar‑royalties fuq liċenzja taħt l‑Artikolu 5(1)(a) u (ċ) tar‑Regolament [Nru 44/2001] għandha tibqa’ tiġi stabbilita skont il‑prinċipji stabbiliti mill‑ġurisprudenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja fir‑rigward tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni tas‑27 Settembru 1968 dwar il‑Ġurisdizzjoni u l‑Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali (il‑Konvenzjoni ta’ Brussell)?”.

IV – Il‑proċeduri quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja 

22.      It‑talba għal deċiżjoni preliminari waslet quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja fid‑29 ta’ Novembru 2007. Fil‑proċedimenti bil‑miktub ppreżentaw l‑osservazzjonijiet tagħhom il‑partijiet fil‑kawża prinċipali, il‑Gvernijiet Ġermaniż, Taljan u tar‑Renju Unit, kif ukoll il‑Kummissjoni. Fis‑seduta tal‑20 ta’ Novembru 2008 il‑partijiet rikorrenti fil‑kawża prinċipali, il‑Gvern Ġermaniż u l‑Kummissjoni għamlu t‑trattazzjoni orali tagħhom u wieġbu l‑mistoqsijiet tal‑Qorti tal‑Ġustizzja.

V –    Argumenti tal‑partijiet

A –    L‑ewwel domanda preliminari

23.      Iż‑żewġ partijiet rikorrenti fil‑kawża prinċipali u l‑Kummissjoni jissuġġerixxu lill‑Qorti tal‑Ġustizzja tirrispondi għall‑ewwel domanda billi tiddikjara li jeħtieġ li l‑kuntratt ta’ liċenzja jiġi kkunsidrat bħala kuntratt li għandu bħala suġġett provvista ta’ servizzi skont l‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001.

24.      Insostenn ta’ din l‑affermazzjoni l‑partijiet rikorrenti fil‑kawża prinċipali jsostnu li l‑kunċett ta’ “servizzi” huwa ddefinit f’sens wiesa’ kemm fid‑dritt Komunitarju primarju kif ukoll f’dak sekondarju, u b’mod partikolari fir‑regoli Komunitarji dwar it‑taxxa fuq il‑valur miżjud (12) kif ukoll fid‑Direttiva 2006/123 fuq is‑servizzi (13). Tinsab definizzjoni wiesgħa ta’ dan il‑kunċett anki f’ċerti dokumenti tal‑Kummissjoni (14). Ir‑rikorrenti jsostnu li anki l‑obbligu prinċipali tal‑konvenuta jikkonsisti fil‑produzzjoni u fil‑bejgħ ta’ reġistrazzjonijiet awdjoviżivi ta’ xogħlijiet u għaldaqstant ta’ provvista ta’ servizzi; fil‑fehma tagħhom, l‑obbligu ta’ ħlas tad‑drittijiet ta’ liċenzja huwa biss obbligu aċċessorju fuq il‑parti konvenuta. Huma jsostnu li f’dan il‑każ partikolari huma wkoll għandhom jipprovdu servizzi, li jikkonsistu preċiżament mill‑għoti ta’ dritt ta’ użu esklużiv jew mhux esklużiv.

25.      Il‑Kummissjoni tenfasizza li jeħtieġ li jiġi intepretat il‑kunċett ta’ “servizzi” b’mod awtonomu, indipendentement mid‑definizzjoni li jipprovdu l‑liġijiet tal‑Istati Membri. F’dan ir‑rigward hija tirreferi għad‑definizzjoni estiża ta’ dan it‑terminu fil‑kuntest tad‑dritt primarju, li hija essenzjalment usa’ mid‑definizzjonijiet komuni ta’ natura ċivili tal‑liġijiet nazzjonali, billi tinkludi, pereżempju, il‑konċessjoni b’kera ta’ rmiġġi lil proprjetarji ta’ dgħajjes minn Stati Membri oħrajn (15) jew l‑għoti b’leasing ta’ vetturi lil impriżi ta’ Stati Membri oħrajn (16). F’dan ir‑rigward il‑Kummissjoni tqis li anki l‑għoti ta’ drittijiet ta’ użu fuq proprjetà intellettwali jista’ jiġi kkunsidrat bħala provvista ta’ servizz. Din l‑istituzzjoni ssostni wkoll li d‑direttivi Komunitarji fir‑rigward tat‑taxxa fuq il‑valur miżjud ma jistgħux ikunu ta’ għajnuna għall‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001 billi dan, skont l‑Artikolu 1(1) tiegħu, ma japplikax f’materja fiskali.

26.      Biex issaħħaħ it‑teżi tagħha, il‑Kummissjoni tirreferi għall‑interpretazzjoni letterali, storika u teleoloġika tar‑Regolament Nru 44/2001. Mit‑test tar‑Regolament Nru 44/2001 m’hemmx elementi biex jitqies li l‑kunċett ta’ “servizzi” għandu jiġi interpretat b’mod iktar restrittiv milli fil‑kuntest tad‑dritt Komunitarju primarju. Fir‑rigward tal‑interpretazzjoni storika, il‑Kummissjoni tenfasizza li l‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001 ġie emendat fir‑rigward tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell b’mod li għall‑bejgħ ta’ beni u l‑provvista ta’ servizzi, il‑“post tat‑twettieq ta’ l‑obbligi” skont dan ir‑regolament huwa dak tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu karatteristiku tal‑kuntratt. B’hekk jitnaqqsu, tal‑anqas parzjalment, il‑problemi ta’ interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell, li tgħid li l‑ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata abbażi tal‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu kkontestat, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni li dan il‑post jiġi ddeterminat abbażi tal‑liġi applikabbli għall‑kuntratt. Minbarra dan, interpretazzjoni f’sens wiesa’ tal‑kunċett ta’ “servizzi” tevita d‑diffikultajiet marbutin mad‑distinzjoni bejn il‑kuntratti li jaqgħu taħt is‑subparagrafu (a) u dawk li jaqgħu taħt is‑subparagrafu (b) tal‑imsemmi Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001.

27.      Il‑partijiet l‑oħra kollha jissuġġerixxu lill‑Qorti tal‑Ġustizzja sabiex ir‑risposta għall‑ewwel domanda preliminari tkun f’sens negattiv, billi jiġi ddikjarat li l‑kuntratt ta’ liċenzja mhuwiex kuntratt li għandu bħala suġġett il‑provvista ta’ servizzi skont l‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001.

28.      Il‑konvenuta fil‑kawża prinċipali ssostni li jeħtieġ li l‑kunċett ta’ kuntratti li għandhom bħala suġġett provvista ta’ servizzi, skont l‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat b’mod li jinkludi l‑kuntratti kollha li s‑suġġett tagħhom jikkonsisti f’li jinkiseb, taħt ħlas ta’ dritt, riżultat ta’ fatt determinat, u mhux – bħal fil‑każ differenti ta’ kuntratti ta’ xogħol – fis‑sempliċi żvolġiment ta’ attività partikolari. Skont il‑konvenuta, il‑kuntratti ta’ liċenzja ma jistgħux jitqiesu fost il‑kuntratti li għandhom bħala suġġett provvista ta’ servizzi.

29.      Fir‑rigward tal‑ewwel domanda, il‑Gvern Ġermaniż jagħti interpretazzjoni letterali u sistematika tal‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001, kif ukoll tar‑ratio ta’ din id‑dispożizzjoni. Fir‑rigward tal‑interpretazzjoni letterali, huwa jenfasizza li l‑kunċett ta’ “servizzi” fl‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001 ma jistax jiġi interpretat bl‑istess mod kif jiġi ddefinit fid‑dritt primarju jiġifieri fid‑direttivi dwar it‑taxxa fuq il‑valur miżjud (17). Fil‑fehma tiegħu, fid‑dritt primarju u fid‑direttivi ċċitati, dan il‑kunċett jiġi ddefinit f’termini wesgħin minħabba l‑fatt li dan, fil‑każ tal‑libertà li jiġu pprovduti servizzi, jinkludi l‑attivitajiet li ma jaqgħux taħt il‑libertajiet fundamentali l‑oħrajn u, fil‑każ tad‑direttivi dwar it‑taxxa fuq il‑valur miżjud, huwa intiż sabiex l‑ebda attività ekonomika ma tibqa’ eskluża fil‑kuntest tal‑applikazzjoni tagħhom minħabba definizzjoni eċċessivament ristretta tal‑kunċett innifsu.

30.      Fil‑kuntest tal‑interpretazzjoni sistematika, il‑Gvern Ġermaniż isostni li s‑subparagrafi (a) u (ċ) tal‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001 moqrija flimkien juru b’mod ċar kif jeżistu kuntratti li s‑suġġett tagħhom ma jikkonsisti la fil‑bejgħ ta’ beni mobbli u lanqas fil‑provvista ta’ servizzi u li għalhekk is‑subparagrafu (b) tal‑Artikolu 5(1) iċċitat iktar ’il fuq ma jistax jiġi interpretat f’termini daqstant wesgħin li jinkludu l‑kuntratti kollha li ma jaqgħux fil‑kategorija tal‑kuntratti ta’ bejgħ ta’ beni mobbli. Jirriżulta wkoll mill‑proposta dwar l‑adozzjoni tar‑Regolament Ruma I (18) – li fil‑kuntest tiegħu l‑kunċett ta’ servizzi għandu jingħata l‑istess interpretazzjoni bħar‑Regolament Nru 44/2001 – li l‑kuntratt ta’ liċenzja ma jistax jaqa’ taħt il‑kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi, inkwantu l‑proposta għal regolament imsemmija kienet tinkludi regola speċjali li tirregola l‑liġi applikabbli għall‑kuntratti li jirrigwardaw il‑proprjetà intellettwali jew industrijali (Artikolu 4(1)(f) tal‑proposta għal Regolament Ruma I). Il‑Gvern Ġermaniż isostni li din id‑dispożizzjoni ma ġietx inkluża fit‑test li ġie eventwalment adottat minħabba raġunijiet politiċi, u mhux għaliex kien ikun possibbli li jiġu inklużi l‑kuntratti dwar il‑proprjetà intellettwali jew industrijali fost il‑kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi.

31.      Fir‑rigward tar‑ratio tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001, il‑Gvern Ġermaniż jenfasizza li fil‑każ ta’ kuntratt ta’ liċenzja, d‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni abbażi tal‑post fejn ingħata s‑servizz mhux dejjem ikun opportun, peress li l‑kuntratti ta’ dan it‑tip jistgħu jkollhom bħala suġġett drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ta’ natura differenti. Barra minn hekk, il‑liċenzja tista’ tingħata għal pajjiżi differenti kif ukoll għad‑dinja kollha. Fil‑fehma tal‑Gvern Ġermaniż, mhuwiex possibbli li jiġi individwat kuntratt ta’ liċenzja tipiku li abbażi tiegħu tiġi stabbilita l‑prossimità oġġettiva ta’ forum ġudizzjarju partikolari kompetenti waħdieni.

32.      Fil‑fehma tal‑Gvern tar‑Renju Unit, interpretazzjoni f’sens wiesa’ tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001, li tinkludi wkoll il‑kuntratti ta’ liċenzja, ikollha bħala riżultat li t‑tifsira tas‑subparagrafi (a) u (ċ) ta’ dan l‑artikolu tkun superfluwa, u dan imur kontra t‑tifsira sistematika u l‑għan ta’ dan ir‑regolament. L‑għan tad‑dispożizzjonijiet ta’ dan tal‑aħħar fir‑rigward tal‑ġurisdizzjoni speċjali huwa li jiġi ggarantit li l‑ġurisdizzjoni sabiex tittieħed konjizzjoni ta’ kawża tkun f’idejn il‑qorti li tkun f’pożizzjoni ta’ konnessjoni mill‑qrib ma’ din tal‑aħħar. Dan il‑Gvern jenfasizza wkoll li wieħed mill‑għanijiet prinċipali tar‑Regolament Nru 44/2001 huwa l‑prevedibbiltà tar‑regoli fuq il‑ġurisdizzjoni, li ma tistax tiġi ggarantita jekk l‑Artikolu 5(1)(b) tal‑istess Regolament kellu jiġi applikat għall‑kuntratti ta’ liċenzja, billi mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit il‑post fejn ġie pprovdut is‑servizz abbażi tal‑kuntratt.

33.      Il‑Gvern Taljan isostni li interpretazzjoni f’sens wiesa’ tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001 ikollha bħala riżultat li jinkludi taħt din id‑dispożizzjoni kważi l‑kuntratti kollha. B’hekk, is‑subparagrafu (b) tal‑Artikolu 5(1) iċċitat iktar ’il fuq jassumi r‑rwol ta’ regola ġenerali, minflok, kif għandu jkun, wieħed ta’ eċċezzjoni, u dan imur kontra l‑għan ta’ dan l‑artikolu. Minbarra dan, fil‑fehma tal‑Gvern Taljan, fir‑rigward tal‑għoti ta’ liċenzja, m’hemm l‑ebda obbligu pożittiv, li jippermetti li dan il‑kuntratt jiġi kkunsidrat bħala wieħed li għandu bħala suġġett il‑provvista ta’ servizzi.

B –    It‑tieni domanda preliminari

34.      Il‑partijiet rikorrenti fil‑kawża prinċipali jsostnu li jeħtieġ li jiġi kkunsidrat il‑post tad‑domiċilju tal‑amministrazzjoni ċentrali ta’ min jagħti l‑liċenzja bħala l‑post fejn ġew ipprovduti s‑servizzi skont il‑kuntratt ta’ liċenzja. Fil‑fehma tagħhom, din l‑affermazzjoni ma tmurx kontra s‑sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja fil‑kawża Besix (19), billi fil‑kawża prinċipali m’hemmx kwistjoni ta’ obbligu li wieħed ma jagħmilx ħaġa mingħajr limitu ġeografiku, iżda kuntratt ta’ liċenzja konkluż għal territorju ġeografikament definit, jiġifieri għall‑Ġermanja, l‑Awstrija u l‑Iżvizzera. Ir‑rikorrenti jsostnu li s‑servizz ipprovdut mill‑konċedent permezz ta’ kuntratt ta’ liċenzja jikkonsisti f’att pożittiv ta’ għoti ta’ drittijiet favur id‑detentur tal‑liċenzja. B’mod partikolari fil‑każ tal‑liċenzja mogħtija għal diversi pajjiżi, isir deċiżiv għad‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni d‑domiċilju jiġifieri s‑sede amministrattiva ċentrali tal‑parti kuntrattwali li għandha teżeġwixxi l‑obbligu karatteristiku tal‑kuntratt.

35.      Fir‑rigward tad‑domanda fis‑subparagrafu 2.3, ir‑rikorrenti jsostnu li l‑qorti tal‑post fejn ġew ipprovduti s‑servizzi abbażi tal‑kuntratt għandha tkun kompetenti tiddeċiedi wkoll fuq il‑mertu tal‑ħlasijiet dovuti għall‑użu tad‑drittijiet ta’ liċenzja fi Stati Membri oħrajn jew f’pajjiżi terzi, billi l‑iskop tad‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni fuq il‑bażi tal‑post tal‑eżekuzzjoni tas‑servizz huwa li tiġi kkonċentrata l‑ġurisdizzjoni f’idejn il‑qorti ta’ dak il‑post.

36.      Fil‑fehma tal‑Kummissjoni, il‑post fejn ingħataw is‑servizzi abbażi tal‑kuntratt ta’ liċenzja huwa dak tad‑domiċilju jiġifieri tas‑sede tal‑kumpannija tal‑konċedent. Il‑Kummissjoni tqis li s‑sentenza Besix (20) ma tipprekludix li l‑ġurisdizzjoni għall‑kawżi dwar kuntratti ta’ liċenzja tiġi ddeterminata abbażi tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001. Fil‑fehma tagħha, minn naħa, l‑obbligu tal‑konċedent mhuwiex limitat għal sempliċi obbligu li ma jagħmilx ħaġa, billi huwa għandu l‑obbligu li jagħti l‑liċenzja u jittollera li d‑detentur tal‑liċenzja jagħmel użu mid‑drittijiet mogħtija. Min‑naħa l‑oħra, jeħtieġ li tiġi ddeterminata l‑ġurisdizzjoni abbażi tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001 indipendentement mill‑obbligu ta’ flus kontenzjuż. Fir‑rigward tad‑domanda preliminari fis‑subparagrafu 2.3, il‑Kummissjoni ssostni li l‑qorti tal‑Istat Membru fejn il‑konċedent għandu d‑domiċilju tiegħu jew is‑sede tal‑kumpannija tiegħu hija kompetenti biex tiddeċiedi anki fuq il‑ħlasijiet dovuti għall‑użu tad‑drittijiet ta’ liċenzja fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz.

37.      Il‑konvenuta fil‑kawża prinċipali kif ukoll il‑Gvernijiet Ġermaniż u Taljan, fid‑dawl tar‑risposta li jipproponu għall‑ewwel domanda ma jgħidu xejn dwar it‑tieni domanda.

38.      Il‑Gvern tar‑Renju Unit jitkellem biss fir‑rigward tad‑domanda fis‑subparagrafu 2.3 u jsostni li fil‑każ li r‑risposta tal‑Qorti tal‑Ġustizzja għall‑ewwel domanda tkun fl‑affermattiv, il‑qorti kompetenti għandu jkollha ġurisdizzjoni tiddeċiedi wkoll fuq il‑mertu tal‑ħlasijiet dovuti għall‑użu tad‑drittijiet ta’ liċenzja fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz. Risposta differenti twassal għar‑riskju ta’ sitwazzjoni kunfliġġenti billi diversi qrati jkunu jistgħu jiddeċiedu fuq aspetti differenti tal‑istess kwistjoni.

C –    It‑tielet domanda preliminari

39.      Sussidjarjament, fil‑każ fejn ir‑risposta tal‑Qorti tal‑Ġustizzja għall‑ewwel u t‑tieni domanda preliminari tkun f’sens negattiv, ir‑rikorrenti fil‑kawża prinċipali jsostnu, fir‑rigward tat‑tielet domanda, li jeħtieġ li l‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001 jiġi interpretat fis‑sens li l‑ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata abbażi tal‑post ta’ eżekuzzjoni tal‑obbligu li jikkaratterizza l‑kuntratt u mhux abbażi tal‑post ta’ eżekuzzjoni tal‑obbligu kkontestat. F’dan ir‑rigward ir‑rikorrenti jsostnu li l‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu u mingħajr referenza għas‑sistema ta’ dritt ċivili tal‑Istati Membri individwali. Għaldaqstant huma jissuġġerixxu lill‑Qorti tal‑Ġustizzja sabiex tiddikjara li għandu jiġi kkunsidrat bħala l‑post ta’ eżekuzzjoni tal‑obbligu li jikkaratterizza l‑kuntratt skont din id‑dispożizzjoni l‑post tad‑domiċilju jiġifieri tas‑sede amministrattiva tal‑konċedent.

40.      Fid‑dawl tar‑risposta mogħtija fir‑rigward tal‑ewwel u tat‑tieni domanda, il‑Kummissjoni ma tgħid xejn fuq it‑tielet domanda.

41.      Fil‑fehma tal‑Gvern Ġermaniż, minħabba l‑fatt li l‑Istati Membri unifikaw il‑liġi applikabbli għall‑obbligi kuntrattwali, jeħtieġ li jkun hemm bidla fil‑ġurisprudenza attwali għall‑finijiet tal‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001. Skont din il‑ġurisprudenza, il‑post ta’ eżekuzzjoni tal‑obbligu li huwa l-bażi tat-talba huwa ddeterminat skont ir‑regoli sostantivi applikabbli għall‑kuntratt jiġifieri għall‑obbligu kuntrattwali kkontestat (lex causae); madankollu, hija l‑qorti nazzjonali kompetenti biex tisma’ l‑kawża li għandha tistabbilixxi liema hija l‑liġi sostantiva applikabbli għar‑relazzjoni kuntrattwali, fid‑dawl tar‑regoli ta’ dritt internazzjonali privat tas‑sistema legali tagħha. Il‑Gvern Ġermaniż jissuġġerixxi li din il‑ġurisprudenza tinbidel b’tali mod li, fil‑kuntest tal‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001, il‑post ta’ eżekuzzjoni tal‑obbligu li huwa l-bażi tat-talba jiġi ddeterminat b’mod awtonomu, jiġifieri jassumi dejjem iktar importanza l‑obbligu kontenzjuż.

42.      Il‑Gvern Taljan isostni li, minħabba l‑ħtieġa ta’ kontinwità interpretattiva bejn il‑Konvenzjoni ta’ Brussell u r‑Regolament Nru 44/2001, kif stabbilita mill‑Qorti tal‑Ġustizzja fis‑sentenzi Henkel (21) u Gantner (22) b’referenza għall‑Artikolu 5(3), jeħtieġ li l‑Artikolu 5(1)(a) ta’ dan ir‑regolament jiġi interpretat bl‑istess mod bħall‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni.

43.      Fir‑rigward tat‑tielet domanda, il‑Gvern tar‑Renju Unit iressaq tliet argumenti. Fl‑ewwel lok, huwa jenfasizza li l‑problemi ta’ interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1)(a) huma identiċi għal dawk li rriżultaw fir‑rigward tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell. Fit‑tieni lok, mill‑preambolu tal‑Proposta għar‑Regolament Nru 44/2001 jirriżulta li l‑ġurisprudenza dwar l‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell tapplika wkoll għall‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001 (23). Fit‑tielet lok, it‑traspożizzjoni ta’ din il‑ġurisprudenza fir‑rigward tal‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001 jiggarantixxi bl‑aħjar mod iċ‑ċertezza legali, minħabba n‑natura kkonsolidata tal‑ġurisprudenza li tikkonċerna l‑interpretazzjoni tal‑kunċett tal‑“post tat‑twettieq ta’ l‑obbligi f’dak il‑każ” fl‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell.

VI – Evalwazzjoni tal‑Avukat Ġenerali

A –    Introduzzjoni

44.      Permezz tad‑dispożizzjonijiet fuq il‑ġurisdizzjoni speċjali fil‑kawżi ta’ natura kuntrattwali, ir‑Regolament Nru 44/2001 jintroduċi deroga għall‑prinċipju ġenerali tad‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni abbażi tal‑post tad‑domiċilju tal‑konvenut, actor sequitur forum rei (24), stabbilit fl‑Artikolu 2(1) tal‑istess regolament. Fir‑rigward tal‑kawżi ta’ natura kuntrattwali, id‑deroga minn dan il‑prinċipju ġenerali u d‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni abbażi ta’ kriterji speċjali huma ġġustifikati miċ‑ċirkustanza li l‑għażla tal‑forum kompetenti għandha ssir permezz tal‑identifikazzjoni ta’ fora alternattivi, ikkunsidrati abbażi tal‑konnessjoni mill‑qrib bejn il‑qorti u l‑kwistjoni (25). Barra minn hekk, il‑ġurisdizzjoni speċjali f’materji kuntrattwali hija meħtieġa minħabba l‑fatt li b’dan il‑mod jiġi ggarantit bilanċ ikbar bejn l‑interessi tar‑rikorrent u dawk tal‑konvenut, liema bilanċ ikun impossibbli li jiġi żgurat li kieku kellu jeżisti biss dan il‑kriterju ġenerali (26). Il‑parti rikorrenti għalhekk għandha l‑possibbiltà li tagħżel, fil‑kawżi ta’ natura kuntrattwali, jekk il‑kawża tiġix ippreżentata quddiem il‑qorti tal‑post tad‑domiċilju tal‑konvenut jew quddiem il‑qorti li tirriżulta kompetenti abbażi tad‑dispożizzjonijiet fuq il‑ġurisdizzjoni speċjali f’materji kuntrattwali (27).

45.      Id‑domandi preliminari magħmula f’din il‑kawża jikkonċernaw l‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001. Dan l‑artikolu, li emenda u fformula mill‑ġdid l‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell, jinkludi regoli fuq il‑ġurisdizzjoni speċjali fil‑kawżi ta’ natura kuntrattwali. Għaldaqstant il‑Qorti tal‑Ġustizzja, għall‑ewwel darba mid‑dħul fis‑seħħ ta’ dan ir‑Regolament (l‑1 ta’ Marzu 2002) qed tintalab tinterpreta dispożizzjoni li l‑adozzjoni tagħha kienet riżultat ta’ negozjati twal u kumplessi ħafna (28). Fl‑istess ħin, tikkonċerna dispożizzjoni li dwarha wieħed jista’ jipprevedi ħafna litigazzjoni dwar il‑ġurisdizzjoni bejn il‑partijiet f’kuntratti (29).

B –    L‑ewwel domanda preliminari

46.      It‑tifsira tal‑ewwel domanda preliminari hija li l‑qorti tar‑rinviju qed tistaqsi essenzjalment jekk hemmx bżonn li t‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis‑sens li l‑kuntratt li bih proprjetarju ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali jagħti lill‑kontroparti l‑jedd li tuża dan id‑dritt (kuntratt ta’ liċenzja) (30) jikkostitwixxix kuntratt li għandu bħala suġġett provvista ta’ servizzi skont l‑artikolu msemmi iktar ’il fuq. Għaldaqstant, id‑domanda tal‑qorti nazzjonali hija intiża sabiex jiġi stabbilit jekk kuntratt ta’ liċenzja jaqax taħt il‑kunċett ta’ kuntratt li għandu bħala suġġett provvista ta’ servizzi skont it‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001.

47.      Biex tingħata risposta għal din id‑domanda, qabel kollox ser nuri fil‑qosor il‑karatteristiċi tal‑kuntratt ta’ liċenzja, biex imbagħad ngħaddi biex neżamina, fil‑kuntest tal‑interpretazzjoni tat‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001, il‑karatterisitiċi essenzjali tal‑kunċett ta’ “servizzi” skont din id‑dispożizzjoni, u nittratta fl‑istess ħin il‑kwistjoni jekk huwiex possibbli li kuntratt ta’ liċenzja jiġi kkunsidrat bħala kuntratt li għandu bħala suġġett provvista ta’ servizzi skont dan l‑istess artikolu.

1.      Elementi karatteristiċi tal‑kuntratt ta’ liċenzja

48.      Fiċ‑ċirkustanzi partikolari ta’ dan il‑każ jeħtieġ li wieħed jimxi fuq id‑definizzjoni ta’ kuntratt ta’ liċenzja li toffri l‑qorti tar‑rinviju; din tiddefinih bħala kuntratt li permezz tiegħu l‑proprjetarju ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali jagħti lill‑kontroparti l‑jedd li tuża dan id‑dritt. Iżda peress li s‑sentenzi tal‑Qorti tal‑Ġustizzja jorbtu lill‑qrati kollha nazzjonali u erga omnes (31), jeħtieġ li tiġi kkunsidrata wkoll id‑definizzjoni ta’ kuntratt ta’ liċenzja mogħtija mis‑sistemi legali tal‑Istati Membri l‑oħra kif ukoll minn dispożizzjonijiet eventwali ta’ dritt Komunitarju.

49.      Il‑kuntratt ta’ liċenzja huwa rregolat b’mod differenti fid‑diversi Stati Membri; uħud minnhom iqisuh bħala kuntratt nominat partikolari u jipprovdu wkoll definizzjoni espliċita (pereżempju r‑Repubblika Ċeka (32) u s‑Slovenja (33)) filwaqt li Stati oħrajn, fil‑kuntest ta’ dispożizzjonijiet speċjali fis‑settur tad‑dritt tal‑proprjetà intellettwali, jirregolaw biss il‑possibbiltà li jiġi konkluż kuntratt ta’ liċenzja, mingħajr, madankollu, ma jiġi espliċitament definit (pereżempju l‑Awstrija (34), Franza (35), l‑Irlanda (36) u l‑Ġermanja (37)). F’dan ir‑rigward għandi nenfasizza li diversi drabi l‑liġijiet tal‑Istati Membri jirregolaw kuntratt ta’ liċenzja – kemm bħala kuntratt nominat kif ukoll innominat – biss fir‑rigward tad‑drittijiet ta’ proprjetà industrijali, iżda f’xi każijiet, inqas frekwenti, anki b’referenza għad‑dritt tal‑awtur (38); f’ċerti pajjiżi l‑għoti ta’ drittijiet ta’ użu ta’ xogħlijiet tal‑awtur hija rregolata minn kuntratti oħrajn li jaqgħu taħt il‑leġiżlazzjoni speċifika tas‑suġġett (39).

50.      Id‑dispożizzjonijiet Komunitarji fir‑rigward tal‑protezzjoni tal‑proprjetà intellettwali jirregolaw il‑jedd tal‑għoti ta’ liċenzja, iżda ma għandhomx dispożizzjonijiet dwar il‑konklużjoni ta’ kuntratt ta’ liċenzja u l‑elementi karatteristiċi tiegħu (40). Il‑kuntratti ta’ liċenzja jew il‑jedd li jingħataw konċessjonijiet għad‑drittijiet ta’ proprjetà intellettwali jissemmew ukoll mit‑trattati internazzjonali li jirregolaw il‑proprjetà intellettwali, li, madankollu, iħallu f’idejn is‑sistemi legali nazzjonali tal‑Istati firmatarji sabiex jiġi rregolat il‑kuntratt ta’ liċenzja fih innifsu; biżżejjed li jissemmew bħala eżempju l‑Ftehim TRIPS (41) u l‑Konvenzjoni fuq il‑Privattiva Ewropea (42).

51.      Mit‑testi leġiżlattivi ċċitati iktar ’il fuq u mid‑duttrina jirriżulta li l‑kuntratt ta’ liċenzja huwa kuntratt sinallagmatiku li permezz tiegħu il‑parti li tagħmel il‑konċessjoni tagħti lid‑detentur tagħha d‑dritt li juża drittijiet speċifiċi ta’ proprjetà intellettwali u, minħabba f’hekk id‑detentur tal‑liċenzja jħallas lill‑konċedent il‑korrispettivi tal‑liċenzja. Meta jagħti l‑liċenzja, il‑konċedent jawtorizza lid‑detentur sabiex iwettaq attività li fin‑nuqqas ta’ liċenzja tikkostitwixxi ksur ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (43). Il‑liċenzja tista’ tiġi limitata f’diversi modi; iktar preċiżament, tista’ tkun esklużiva jew mhux esklużiva, u tista’ tistabbilixxi restrizzjonijiet taħt l‑aspett ġeografiku, temporali jew abbażi tal‑metodu ta’ applikazzjoni (44).

52.      Fir‑rigward tan‑natura ġuridika tal‑kuntratt ta’ liċenzja, id‑duttrina ta’ diversi Stati Membri tenfasizza li dan huwa kuntratt awtonomu (45), li għandu jinżamm separat mill‑kuntratti l‑oħrajn (46); parti mid‑duttrina tikklassifikah bħala kuntratt sui generis (47). Għall‑finijiet ta’ din il‑kwistjoni hemm importanza kbira fid‑differenza bejn kuntratt ta’ liċenzja u l‑kuntratt ta’ kiri. Ser nidħol f’iktar dettall fuq id‑differenzi bejn dawn iż‑żewġ kategoriji ta’ kuntratti iktar ’il quddiem, meta nittratta l‑kwistjoni jekk il‑kuntratt ta’ liċenzja jistax jikkostitwixxi kuntratt li għandu bħala suġġett provvista ta’ servizzi (48).

2.      Intepretazzjoni tat‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001

53.      It‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001 jipprovdi li l‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu huwa, fil‑każ ta’ provvista ta’ servizzi, il‑post fl‑Istat Membru fejn, skont il‑kuntratt, ġew ipprovduti jew kellhom jiġu pprovduti s‑servizzi skont il‑kuntratt. Għaldaqstant, dan l‑artikolu ma jiddefinixxix il‑kunċett ta’ “servizzi”, u lanqas il‑Qorti tal‑Ġustizzja ma ċċarat sa issa dan il‑kunċett fil‑kuntest tal‑interpretazzjoni tar‑Regolament Nru 44/2001.

54.      Qabel kollox, nixtieq nenfasizza li jeħtieġ li t‑terminu “servizzi” jiġi interpretat fil‑kuntest tar‑Regolament Nru 44/2001 b’mod awtonomu, mingħajr ebda referenza għat‑tifsira mogħtija lilu fis‑sistemi legali tal‑Istati Membri; għal dan l‑iskop jeħtieġ li wieħed iħares lejn it‑tifsira ġenerali u r‑ratio ta’ dan ir‑regolament, biex tiġi ggarantita l‑applikazzjoni uniformi fl‑Istati Membri (49) kollha (50). Minbarra dan, għandi nosserva li bħala prinċipju naqbel mal‑argument li għamlu l‑partijiet f’din il‑kawża, jiġifieri li jeħtieġ li jiġi interpretat b’mod iktar wiesa’ l‑kunċett ta’ “servizzi” fit‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001 (51), iżda fid‑definizzjoni ta’ dan il‑kunċett għandu jiġi żgurat li din tkun skont l‑istruttura ġenerali u r‑ratio tar‑Regolament Nru 44/2001.

55.      Fl‑interpretazzjoni tar‑Regolament Nru 44/2001 hemm bżonn li tittieħed bħala kriterju ta’ orjentament ġenerali l‑kontinwità mal‑Konvenzjoni ta’ Brussell. Din tal‑aħħar, fl‑Artikolu 5(1) ma kinitx tirregola speċifikament il‑ġurisdizzjoni fir‑rigward tal‑kuntratti li kellhom bħala suġġett provvista ta’ servizzi, u b’hekk l‑interpretazzjoni ta’ dan l‑artikolu ma tistax tipprovdi għajnuna valida għall‑interpretazzjoni tal‑kunċett ta’ “servizzi” fil‑kuntest tar‑Regolament Nru 44/2001. Madankollu, il‑Konvenzjoni ta’ Brussell użat il‑kunċett ta’ kuntratt li għandu bħala suġġett il‑provvista ta’ servizzi fit‑tielet punt tal‑Artikolu 13(1) li kien jirregola l‑ġurisdizzjoni fir‑rigward ta’ kuntratti konklużi minn konsumaturi u li jirrigwardaw il‑provvista ta’ servizzi (52), biex b’hekk l‑interpretazzjoni ta’ din id‑dispożizzjoni tista’ tkun bażi valida anki għall‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001 (53). Madankollu, anki fl‑interpretazzjoni ta’ din ir‑regola tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell, il‑Qorti tal‑Ġustizzja ma pprovdietx definizzjoni espliċita tal‑kunċett ta’ “servizzi” (54).

56.      Peress li sa issa l‑Qorti tal‑Ġustizzja ma pprovdietx interpretazzjoni ta’ dan il‑kunċett, biex dan jiġi interpretat jeħtieġ li wieħed jibbaża ruħu, minn naħa, fuq it‑tifsira komuni tal‑kunċett ta’ “servizzi” u, min‑naħa l‑oħra, fuq l‑analoġija ma’ sorsi legali oħrajn.

a)      Definizzjoni astratta tal‑kunċett ta’ “servizzi” fit‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001

57.      Fil‑fehma tiegħi, għad‑definizzjoni tal‑kunċett ta’ “servizzi” għandhom importanza kruċjali żewġ aspetti. Fl‑ewwel lok, it‑tifsira komuni tal‑kunċett ta’ “servizzi” jeżiġi li min jipprovdi s‑servizz iwettaq attività partikolari; għaldaqstant, il‑provvista ta’ servizzi teħtieġ ċerta attività jew aġir attiv min‑naħa ta’ min jipprovdi s‑servizz (55). Fit‑tieni lok, kif ser naraw fl‑ambitu tal‑analoġija mad‑definizzjoni ta’ dan il‑kunċett fil‑kuntest tad‑dritt Komunitarju primarju (56), is‑servizzi għandhom, bħala regola ġenerali, jingħataw għal korrispettiv. F’kull każ, wieħed għandu jiftakar li permezz tad‑definizzjoni astratta tal‑kunċett inkwistjoni wieħed ikun jista’ jiddetermina biss il‑limiti esterni tiegħu; għal kull kawża jkun neċessarju li jintuża metodu individwalizzat, minn każ għal każ, għas‑soluzzjoni tal‑kwistjoni dwar jekk attività speċifika taqax jew le taħt il‑kunċett ta’ “servizzi”.

58.      Abbażi tad‑definizzjoni astratta tal‑kunċett ta’ “servizzi” msemmi fil‑punt preċedenti, wieħed jista’ jikkonstata, fil‑fehma tiegħi, li l‑kuntratt ta’ liċenzja ma jistax jiġi definit bħala kuntratt li jkollu bħala suġġett provvista ta’ servizzi fis‑sens tat‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001. Għalkemm il‑liċenzja tingħata għal korrispettiv, il‑konċedent f’dan il‑kuntest ma jagħmel l‑ebda aġir attiv. Huwa jawtorizza lid‑detentur tal‑liċenzja sabiex juża d‑dritt ta’ proprjetà intellettwali oġġett tal‑liċenzja; l‑aġir attiv mitlub mill‑konċedent jikkonsisti fl‑approvazzjoni tal‑kuntratt ta’ liċenzja u li jqiegħed materjalment għad‑dispożizzjoni l‑oġġett tal‑liċenzja sabiex dan jintuża. Fil‑fehma tiegħi, ma nistgħux niddefinixxu dan l‑aġir bħala “servizz”. Għaldaqstant, l‑għoti ta’ liċenzja ma jistax jiġi kkunsidrat bħala “servizz” skont it‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001.

59.      Lil hinn mid‑definizzjoni astratta, huwa meħtieġ, għal definizzjoni iktar preċiża tal‑kunċett ta’ “servizzi” fit‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001 li tiġi kkunsidrata wkoll l‑analoġija mat‑tifsira mogħtija lil dan il‑kunċett fid‑dritt Komunitarju primarju fil‑kuntest tal‑libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif ukoll l‑effetti reċiproċi tal‑interpretazzjoni tad‑dispożizzjonijiet adottati fil‑kuntest tal‑kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili; iżda fl‑istess ħin għandu jiġi ċċarat ukoll għal liema raġuni mhijiex possibbli analoġija bid‑definizzjoni ta’ dan il‑kunċett li jinsab fir‑regoli Komunitarji dwar it‑taxxa fuq il‑valur miżjud.

b)      Analoġija parzjali bid‑definizzjoni tas‑servizzi fid‑dritt Komunitarju primarju

60.      Għal definizzjoni iktar preċiża tal‑kunċett ta’ “servizzi” skont ir‑Regolament Nru 44/2001, nistgħu nibdew mill‑analoġija bid‑definizzjoni tal‑istess kunċett li jirriżulta mid‑dritt primarju fil‑kuntest tal‑libertà li jiġu pprovduti servizzi, iżda għandu jitqies li, fil‑fehma tiegħi, din l‑aħħar definizzjoni ma tistax tiġi trasposta sic et simpliciter fir‑Regolament Nru 44/2001 (57). Fil‑fatt, fl‑interpretazzjoni tar‑Regolament Nru 44/2001 għandha dejjem tingħata importanza ewlenija lill‑istruttura ġenerali u l‑għanijiet ta’ dan ir‑regolament li jikkostitwixxi, mill‑aspett tal‑kontenut tiegħu, sors leġiżlattiv ta’ dritt internazzjonali privat.

61.      Fil‑kuntest tal‑moviment liberu tas‑servizzi, l‑ewwel paragrafu tal‑Artikolu 50 KE jiddefinixxi lil dawn bħala “servizzi normalment mogħtija bi ħlas, sa fejn ma jkunux regolati minn dispożizzjonijiet dwar il‑moviment liberu tal‑merkanzija, tal‑kapital u tal‑persuni”. It‑tieni paragrafu tal‑Artikolu 50 KE isemmi biss xi kategoriji ġenerali ta’ servizzi (attivitajiet ta’ natura industrijali, attivitajiet ta’ natura kummerċjali, attivitajiet ta’ sengħa, attivitajiet ta’ professjonijiet liberi), iżda l‑Qorti tal‑Ġustizzja interpretat f’termini wesgħin ħafna dan il‑kunċett (58). Kif sostnew il‑partijiet fl‑osservazzjonijiet tagħhom, fis‑sentenza Ciola l‑Qorti tal‑Ġustizzja kklassifikat ukoll taħt il‑kunċett ta’ “servizzi” l‑għoti b’kiri ta’ rmiġġi lil proprjetarji ta’ dgħajjes residenti fi Stat Membru ieħor (59), u għamlet l‑istess fis‑sentenza Cura Anlagen fir‑rigward tal‑għoti b’leasing ta’ vetturi bil‑mutur favur impriżi ta’ Stati Membri oħrajn (60).

62.      Fil‑fehma tiegħi, din id‑definizzjoni wiesgħa tal‑kunċett ta’ “servizzi” mnissla mid‑dritt primarju ma tistax, f’din il‑kawża, tiġi trasposta mingħajr ebda restrizzjoni, għat‑terminu identiku użat fit‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001, u dan għal diversi raġunijiet.

63.      Fl‑ewwel lok, kif sostna ġustament il‑Gvern Ġermaniż, ir‑raġuni għal definizzjoni daqstant estiża tal‑kunċett ta’ “servizzi” fid‑dritt Komunitarju tikkonsisti fir‑rieda li tiġi inkluża f’dan il‑kunċett, fil‑kuntest tal‑isforzi għall‑ħolqien ta’ suq komuni, sensiela ta’ attivitajiet wiesgħa kemm jista’ jkun (61). Madankollu, din il‑ġustifikazzjoni għal interpretazzjoni f’sens wiesa’ ma tistax tiġi trasposta għall‑interpretazzjoni tat‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001, billi dawk il‑kuntratti li ma jiġux iddefiniti bħala kuntratti li għandhom bħala suġġett provvista ta’ servizzi jistgħu dejjem jiġu kklassifikati bħala kuntratti li jirrigwardaw il‑bejgħ ta’ beni mobbli skont l‑ewwel inċiż tal‑istess dispożizzjoni, jew bħala kuntratti li għalihom il‑ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata skont is‑subparagrafu (a) tal‑istess Artikolu 5(1). L‑għan tar‑Regolament Nru 44/2001 ikkunsidrat kumplessivament huwa – kif jirriżulta mit‑tieni premessa tiegħu – li jiġi ggarantit il‑funzjonament tajjeb tas‑suq permezz tal‑unifikazzjoni tar‑regoli fuq il‑ġurisdizzjoni f’materja ċivili u kummerċjali, iżda dan l‑għan mhuwiex żgurat b’mod iktar effiċjenti jekk tingħata interpretazzjoni usa’ tat‑terminu servizzi taħt it‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tal‑istess regolament.

64.      Fit‑tieni lok, b’mod differenti mill‑kunċett ta’ “servizzi”, fil‑kuntest tad‑dritt primarju, l‑istess kelma użata fit‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001 ma tistax tinkludi l‑għoti b’kiri ta’ beni immobbli, peress li skont l‑Artikolu 22(1) ta’ dan ir‑regolament, għall‑kawżi dwar kiri ta’ beni immobbli huma kompetenti esklużivament il‑qrati tal‑Istat Membru fejn jinsab l‑immobbli, ħlief għal kuntratti ta’ kiri ta’ beni immobbli ta’ użu privat temporanju stipulati għal perijodu massimu ta’ sitt xhur konsekuttivi, f’liema każ huma kompetenti wkoll il‑qrati tal‑Istat Membru fejn huwa domiċiljat il‑konvenut (62). Għaldaqstant, fil‑każ ta’ kiri ta’ beni immobbli, qatt ma huwa possibbli li tiġi determinata l‑ġurisdizzjoni abbażi tat‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001. Fl‑osservazzjonijiet tagħhom il‑partijiet jirreferu għas‑sentenza Ciola (63), fejn il‑Qorti tal‑Ġustizzja kklassifikat bħala servizz il‑kiri ta’ rmiġġi. Il‑kiri ta’ rmiġġi jista’ jiġi kkunsidrat bl‑istess mod bħall‑kiri ta’ beni immobbli, u b’hekk mhuwiex possibbli li jkun hemm analoġija bejn din il‑kawża u l‑kawża Ciola.

65.      Fil‑kuntest tal‑analoġija bejn id‑diversi tifsiriet tal‑kelma “servizzi” fid‑dritt primarju u fir‑Regolament Nru 44/2001, għandi nosserva ulterjorment li l‑partijiet jirreferu wkoll għas‑sentenza Cura Anlagen (64), fejn il‑Qorti tal‑Ġustizzja kklassifikat bħala “servizz” fil‑kuntest tal‑libertà li jiġu pprovduti servizzi anki l‑għoti b’leasing ta’ vetturi bil‑mutur lil impriżi ta’ Stati Membri oħrajn; dan kien għaldaqstant jirrigwarda kiri ta’ beni mobbli. Għandu jiġi osservat fuq dan il‑punt li d‑domanda preliminari ma għandhiex l‑għan li tistabbilixxi jekk il‑kiri ta’ beni mobbli jistax jikkostitwixxi “servizz” skont ir‑Regolament Nru 44/2001. Madankollu, anki li kieku wieħed kellu jassumi li huwa possibbli li kiri ta’ beni mobbli jiġi kklassifikat bħala “servizz” skont it‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001, dan ma jfissirx awtomatikament li f’dan il‑kunċett għandu jidħol ukoll il‑kuntratt ta’ liċenzja. Fil‑fatt, għandu jiġi kkunsidrat li bejn il‑kuntratt ta’ kiri msemmi u l‑kuntratt ta’ liċenzja jeżistu differenzi rilevanti ta’ natura ċivili, li bis‑saħħa tagħhom il‑kuntratt ta’ liċenzja ma jistax jirċievi trattament assolutament identiku għal dak riżervat għall‑kuntratt ta’ kiri.

66.      Mill‑aspett ċivili, il‑kuntratt ta’ liċenzja huwa kuntratt awtonomu u mhux sempliċement kategorija sekondarja ta’ kuntratt ta’ kiri (65). Iż‑żewġ tipi ta’ kuntratti msemmija iktar ’il fuq diġà huma differenti minħabba s‑suġġett rispettiv tagħhom. Filwaqt li s‑suġġett tal‑kuntratt ta’ kiri ta’ beni mobbli huwa appuntu oġġett mobbli, il‑kuntratt ta’ liċenzja huwa dritt ta’ proprjetà intellettwali. B’hekk, il‑kuntratt ta’ liċenzja huwa differenti mill‑kuntratt ta’ kiri fuq kollox minħabba l‑fatt li l‑liċenzja tista’ tingħata kontemporanjament lil diversi persuni indipendenti minn xulxin (66), li jistgħu jinsabu, mill‑aspett ġeografiku, f’postijiet differenti u jistgħu fl‑istess ħin jużaw is‑suġġett tal‑liċenzja. Min‑naħa l‑oħra, dan mhuwiex possibbli fil‑każ ta’ kiri ta’ oġġett. L‑uniku tip ta’ liċenzja li jista’ jiġi pparagunat, mill‑aspett tal‑effetti ġuridiċi, mal‑kiri hija l‑liċenzja esklużiva. Permezz tal‑liċenzja esklużiva il‑konċedent jagħti lid‑detentur tal‑liċenzja d‑dritt li juża dritt partikolari ta’ proprjetà intellettwali, iżda jobbliga ruħu li ma jagħti l‑liċenzja lil ebda persuna oħra u ma jużax personalment id‑dritt li hu s‑suġġett tal‑liċenzja (67). Madankollu, ma nistgħux minħabba dan niġġeneralizzaw dan il‑paragun għall‑benefiċċju tal‑kuntratti kollha ta’ liċenzja. Għaldaqstant, l‑impossibbiltà ta’ analoġija diretta bejn il‑kuntratt ta’ liċenzja u dak ta’ kiri huwa argument ulterjuri favur il‑fehma li kuntratt ta’ liċenzja ma jistax jiġi kklassifikat bħala kuntratt li għandu bħala suġġett provvista ta’ “servizzi” skont it‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001.

c)      Importanza ta’ interpretazzjoni uniformi tar‑Regolament Nru 44/2001 u tar‑Regolament Ruma I

67.      Fid‑definizzjoni tal‑kunċett ta’ “servizzi” wieħed għandu jiftakar li l‑interpretazzjoni li l‑Qorti tal‑Ġustizzja ser tagħti lil dan il‑kunċett f’din il‑kawża ser ikollha effett anki fuq id‑definizzjoni tal‑kunċett identiku użat fil‑kuntest tar‑Regolament Nru 593/2008 dwar il‑liġi applikabbli għall‑obbligazzjonijiet kuntrattwali (68) (iktar ’il quddiem, ir‑“Regolament Ruma I”). Fil‑fatt, is‑seba’ premessa ta’ dan ir‑Regolament jgħid li “[l]‑ambitu sostantiv u d‑dispożizzjonijiet ta’ dan ir‑Regolament” għandhom ikunu koerenti mar‑Regolament Nru 44/2001. Barra minn hekk, is‑sbatax‑il premessa tar‑Regolament Ruma I tistabbilixxi li “[s]a fejn tkun konċernata l‑liġi applikabbli fin‑nuqqas ta’ għażla [min‑naħa tal‑partijiet fil‑kuntratt], il‑kunċetti ta’ ‘forniment [provvista] ta’ servizzi’ u ‘bejgħ ta’ oġġetti’ għandhom ikunu interpretati bl‑istess mod meta jiġi applikat l‑Artikolu 5 tar‑Regolament (KE) Nru 44/2001 sa fejn il‑bejgħ ta’ oġġetti u l‑forniment ta’ servizzi jkunu koperti minn dak ir‑Regolament”.

68.      Għaldqastant fl‑interpretazzjoni tal‑kunċett ta’ “servizzi” fil‑kuntest tat‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001, il‑Qorti tal‑Ġustizzja għandha tevita li tinterpretah b’mod li jikkuntrasta mas‑sens u mal‑għan tar‑Regolament Ruma I.

69.      Kif indika l‑Gvern Ġermaniż fl‑osservazzjonijiet tiegħu, jirriżulta mill‑proċedura ta’ adozzjoni tar‑Regolament Ruma I li l‑Artikolu 4(1) dwar il‑liġi applikabbli fin‑nuqqas ta’ għażla tal‑partijiet, kien jinkludi, minbarra s‑subparagrafu (b), li hu intiż għad‑determinazzjoni tad‑dritt applikabbli għall‑kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi, anki s‑subparagrafu (f) li jikkonċerna l‑identifikazzjoni tal‑liġi applikabbli għall‑kuntratti dwar il‑proprjetà intellettwali jew industrijali (69). Mix‑xogħlijiet ta’ tħejjija jidher evidenti li d‑dispożizzjoni tas‑subparagrafu (f) ma ġietx inkluża fil‑verżjoni finali tar‑Regolament Ruma I minħabba l‑fatt li fi ħdan il‑Kunsill ma kienx hemm kunsens dwar il‑kwistjoni ta’ liema kienet il‑parti kuntrattwali li kellha tipprovdi servizz karatteristiku ta’ dan it‑tip ta’ kuntratt (70), u mhux għaliex kien meħtieġ li l‑kuntratti inkwistjoni jiġu kklassifikati fil‑kategorija tal‑kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi. Għalhekk, jekk fl‑interpretazzjoni tal‑kunċett ta’ “servizzi” taħt ir‑Regolament Nru 44/2001, wieħed jinkludi fi ħdanu l‑għoti ta’ liċenzji, ikun qed jinkiser is‑sens u l‑għan tal‑istess kunċett użat fir‑Regolament Ruma I. Għaldaqstant, dan huwa argument ulterjuri li jikkonferma l‑fatt li l‑kuntratt ta’ liċenzja mhuwiex kuntratt li għandu bħala suġġett provvista ta’ “servizzi” skont it‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001.

d)      Impossibbiltà ta’ analoġija mad‑definizzjoni tas‑servizzi fil‑kuntest tar‑regoli Komunitarji dwar it‑taxxa fuq il‑valur miżjud

70.      Fil‑fehma tiegħi, bil‑kontra ta’ dak li jsostnu l‑partijiet rikorrenti fil‑kawża prinċipali u l‑Kummissjoni, id‑definizzjoni tal‑kunċett ta’ “servizzi” fid‑direttivi Komunitarji fuq it‑taxxa fuq il‑valur miżjud ma tistax tiġi trasposta, għal diversi raġunijiet, għall‑istess kunċett li jidher fir‑Regolament Nru 44/2001.

71.      Fl‑ewwel lok, mid‑definizzjoni testwali ta’ dan il‑kunċett li jinsab fid‑direttivi fuq it‑taxxa fuq il‑valur miżjud jidher evidenti li din tirrigwarda definizzjoni negattiva, li min‑natura tagħha għandha portata wiesgħa ħafna. Fil‑fatt, l‑ewwel sentenza tal‑Artikolu 6(1) tas‑Sitt Direttiva fuq l‑armonizzazzjoni tal‑liġijiet tal‑Istati Membri dwar taxxi fuq id‑dħul mill‑bejgħ ‑ Sistema komuni ta’ taxxa fuq il‑valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (71), kif ukoll l‑Artikolu 24(1) tad‑Direttiva 2006/112/KE, dwar is‑sistema komuni ta’ taxxa fuq il‑valur miżjud (72), jistabbilixxu li provvista ta’ servizz fis‑sens ta’ dawk id‑direttivi hija “kwalunkwe operazzjoni li ma tikkostitwix provvista ta’ merkanzija”. Għalhekk, dawn id‑direttivi jikkunsidraw bħala operazzjonijiet taxxabbli ġewwa t‑territorju Komunitarju – minbarra l‑importazzjonijiet f’dan it‑territorju – żewġ kategoriji ta’ attivitajiet ekonomiċi biss, jiġifieri l‑provvista ta’ merkanzija u l‑provvista ta’ servizzi, u għalhekk il‑portata tat‑terminu “servizzi” hija bilfors wiesgħa f’dan il‑kuntest.

72.      Ir‑Regolament Nru 44/2001 ma jistabbilixxix madankollu li l‑ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata abbażi ta’ regoli li jgħoddu għal kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi kull darba li ma jkunx hemm kwistjoni ta’ kuntratt ta’ bejgħ ta’ beni mobbli. Bil‑kontra, dan ir‑regolament, fis‑subparagrafu (a) tal‑Artikolu 5(1) jistabbilixxi espliċitament regola għad‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni fir‑rigward ta’ kuntratti li ma għandhomx bħala suġġett it‑trasferiment ta’ beni u lanqas il‑provvista ta’ servizzi. Fil‑fatt mis‑subparagrafu (ċ) tal‑istess dispożizzjoni jirriżulta espliċitament li s‑subparagarfu (a) jgħodd meta ma japplikax is‑subparagrafu (b). Għaldaqstant, fil‑kuntest tar‑Regolament Nru 44/2001 mhijiex meħtieġa definizzjoni tal‑kunċett ta’ “servizzi” f’termini daqstant wesgħin, billi dejjem ikun possibbli li tiġi ddeterminata l‑ġurisdizzjoni abbażi tas‑subparagrafu (a) tal‑Artikolu 5(1) kull darba li ma jkunx possibbli li tiġi individwata abbażi tas‑subparagrafu (b) ta’ din l‑istess dispożizzjoni.

73.      Fit‑tieni lok, fil‑kuntest tar‑regoli Komunitarji fuq it‑taxxa fuq il‑valur miżjud il‑kunċett ta’ “servizzi” huwa ddefinit f’termini wesgħin minħabba l‑fatt li huwa wiesgħa ħafna l‑kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id‑direttiva (73), biex jiġu inklużi l‑attivitajiet kollha ekonomiċi taxxabbli. Kif spjegajt iktar ’il fuq, b’referenza għad‑dritt primarju, lanqas fil‑kuntest tad‑direttivi Komunitarji dwar it‑taxxa fuq il‑valur miżjud ma huwa possibbli li wieħed jaqbel mal‑argument li jgħid li r‑ratio ta’ interpretazzjoni f’sens wiesa’ tal‑kunċett ta’ “servizzi” tista’ tiġi ttrasferita mingħajr ebda restrizzjoni anki għall‑interpretazzjoni tal‑istess kunċett fi ħdan ir‑Regolament Nru 44/2001. Għandu jiġi kkunsidrat li l‑kunċetti ġuridiċi ta’ fergħa partikolari tad‑dritt jiġu ddefiniti dejjem f’korrelazzjoni mill‑qrib ma’ din l‑isfera ta’ appartenenza tagħhom, biex b’hekk id‑definizzjoni li tgħodd f’qasam partikolari ma tistax tiġi trasposta direttament għall‑qasam l‑ieħor. Peress li l‑materja fiskali hija settur partikolari b’għanijiet speċifiċi, id‑definizzjoni tal‑kunċett ta’ “servizzi” użata f’dan il‑qasam ma tistax terġa’ tiġi proposta fil‑kuntest tar‑Regolament Nru 44/2001.

e)      Il‑pożizzjoni fid‑duttrina

74.      Nixtieq nosserva wkoll li d‑duttrina ssemmi diversi eżempji ta’ kuntratti li għandhom bħala suġġett provvista ta’ “servizzi” skont it‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001: kuntratt ta’ xogħlijiet, kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija, kuntratt ta’ kummissjoni għall‑konklużjoni ta’ negozji, kuntratti ta’ kura medika, kuntratti ta’ konsulenza, kuntratti ta’ tagħlim u oħrajn simili (74). Madankollu, il‑kuntratt ta’ liċenzja qatt ma jidher fost l‑eżempji msemmijin. Bil‑kontra, ċerti awturi jenfasizzaw espliċitament li l‑ġurisdizzjoni fuq il‑kuntratti ta’ liċenzja jew ta’ kuntratti ta’ għoti ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali għandha tiġi ddeterminata abbażi tal‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001 (75).

3.      Konklużjoni

75.      Fid‑dawl tal‑kunsiderazzjonijiet li jippreċedu, nissuġġerixxi lill‑Qorti tal‑Ġustizzja li r‑risposta għall‑ewwel domanda preliminari tkun li l‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis‑sens li l‑kuntratt li bih proprjetarju ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali jagħti lill‑kontroparti l‑jedd li juża’ dan id‑dritt (kuntratt ta’ liċenzja) ma jikkostitwixxix kuntratt li għandu bħala suġġett provvista ta’ servizzi skont id‑dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq.

C –    It‑tieni domanda preliminari

76.      It‑tieni domanda preliminari ssir mill‑qorti tar‑rinviju sussidjarjament biss, fil‑każ ta’ risposta affermattiva għall‑ewwel domanda, jiġifieri jekk ikun meħtieġ li jiġi interpretat it‑tieni inċiż tal‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001 fis‑sens li l‑kuntratt ta’ liċenzja jikkostitwixxi kuntratt li għandu bħala suġġett provvista ta’ servizzi skont din id‑dispożizzjoni.

77.      Peress li, fil‑fehma tiegħi, l‑ewwel domanda għandha tingħata risposta b’mod negattiv, mhuwiex meħtieġ li tingħata risposta għat‑tieni domanda, li ġiet ippreżentata biss sussidjarjament.

D –    It‑tielet domanda prelimiari

78.      It‑tielet domanda preliminari għandha tinftiehem fis‑sens li l‑qorti tar‑rinviju qed tistaqsi jekk l‑Artikolu 5(1)(a) u (ċ) tar‑Regolament Nru 44/2001 għandux jiġi interpretat fis‑sens li l‑ġurisdizzjoni għal kwistjonijiet fuq kuntratti ta’ liċenzja skont dan l‑artikolu tiġi ddeterminata skont il‑prinċipji li jirriżultaw mill‑ġurisprudenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja dwar l‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell. Fi kliem ieħor, il‑qorti tar‑rinviju tistaqsi jekk fl‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001 għandhiex tiġi ggarantita l‑kontinwità bl‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell.

79.      Ir‑Regolament Nru 44/2001 jirregola l‑ġurisdizzjoni fil‑kawżi ta’ natura kuntrattwali b’mod differenti mill‑Konvenzjoni ta’ Brussell; f’dan ir‑rigward l‑Artikolu 5(1) ta’ dan ir‑regolament ġie emendat meta mqabbel mal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell, u ngħatat formulazzjoni ġdida. Mill‑aspett sostanzjali u sistematiku wieħed jista’ jifhem l‑emendi magħmula biss billi tittieħed inkunsiderazzjoni l‑interpretazzjoni pprovduta mill‑Qorti tal‑Ġustizzja fir‑rigward ta’ dan l‑artikolu tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell, u fuq kollox billi wieħed iqis il‑kritika li saret kontra din l‑interpretazzjoni. Għal din ir‑raġuni ser nispjega iktar ’il quddiem il‑kontenut tal‑interpretazzjoni dwar l‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell, ir‑raġunijiet għal emenda ta’ dan l‑artikolu, kif ukoll il‑portata tal‑emendi li saru, biex imbagħad ngħaddi għall‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1)(a) u (ċ) tar‑Regolament Nru 44/2001.

1.      Emenda tar‑regoli ta’ ġurisdizzjoni fil‑kawżi ta’ natura kuntrattwali: mill‑Konvenzjoni ta’ Brussell sar‑Regolament Nru 44/2001

a)      Interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell

80.      L‑ewwel sentenza tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell tistabbilixxi li fil‑kawżi ta’ natura kuntrattwali l‑konvenut domiċiljat fit‑territorju ta’ Stat kontraenti jista’ jiġi mħarrek fi Stat ieħor kontraenti quddiem il‑qorti tal‑post fejn l‑obbligu li huwa l-bażi tat-talba ġie eżegwit jew għandu jiġi eżegwit (76). Il‑Qorti tal‑Ġustizzja spjegat it‑tifsira tal‑kunċett ta’ “post fejn l‑obbligu fil‑kawża ġie eżegwit jew għandu jiġi eżegwit” f’żewġ deċiżjonijiet tal‑1976, jiġifieri s‑sentenzi De Bloos (77) u Tessili (78), li ngħataw fl‑istess jum, u li fihom irrispondiet żewġ domandi ewlenin dwar l‑interpretazzjoni ta’ din id‑dispożizzjoni, u preċiżament: fl‑ewwel lok, liema obbligu għandu jittieħed inkunsiderazzjoni biex tiġi ddeterminata l‑ġurisdizzjoni skont din id‑dispożizzjoni u, fit‑tieni lok, abbażi ta’ liema kriterji ta’ konnessjoni huwa stabbilit il‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu nnifsu. Fis‑sentenza De Bloos il‑Qorti tal‑Ġustizzja ddeċidiet li l‑kunċett ta’ “obbligu” fid‑dispożizzjoni msemmija jirreferi għall‑obbligu relatat mad‑dritt kuntrattwali li fuqu hija bbażata l‑azzjoni tal‑attur (79), jiġifieri l‑hekk imsejjaħ obbligu kkontestat li jikkostitwixxi s‑suġġett tal‑kawża li nqalgħet bejn il‑partijiet tal‑kuntratt. Fis‑sentenza Tessili l‑Qorti tal‑Ġustizzja ddikjarat imbagħad li l‑post tal‑eżekuzzjoni ta’ dan l‑obbligu kuntrattwali kkontestat jiġi stabbilit abbażi tal‑liġi li tirriżulta applikabbli għar‑relazzjoni ġuridika inkwistjoni bis‑saħħa tar‑regoli tad‑dritt internazzjonali privat mill‑qorti adita bil‑kawża (80). Biex timmotiva din id‑deċiżjoni, il‑Qorti tal‑Ġustizzja semmiet li mhuwiex possibbli li tingħata interpretazzjoni iktar preċiża tad‑dispożizzjoni inkwistjoni minħabba d‑differenzi li jeżistu bejn il‑liġijiet nazzjonali tad‑diversi Stati Membri fir‑rigward ta’ kuntratti u tan‑nuqqas, fl‑istadju attwali tal‑evoluzzjoni ġuridika, ta’ kwalunkwe unifikazzjoni tad‑dritt sostantiv li għandu jiġi applikat fl‑obbligi kuntrattwali (81).

81.      Għaldaqstant, biex tiġi stabbilita l‑ġurisdizzjoni, il‑qorti adita b’kawża għandha, skont l‑interpretazzjoni fil‑ġurisprudenza msemmija, tagħmel analiżi artikolata fi tliet fażijiet, li l‑Avukat Ġenrali Ruiz‑Jarabo Colomer, fil‑konklużjonijiet tiegħu fil‑kawża GIE Groupe Concorde, iddefinixxa ġustament bħala kumplessi (82). L‑ewwel nett il‑qorti għandha tikkonstata liema obbligu kuntrattwali jikkostitwixxi s‑suġġett tal‑kwistjoni bejn il‑partijiet. Sussegwentement għandha tiddetermina, abbażi tar‑regoli tad‑dritt internazzjonali privat tas‑sistema legali tagħha, il‑liġi sostantiva applikabbli għar‑relazzjoni ġuridika bejn il‑partijiet (lex causae). Fl‑aħħar nett, abbażi ta’ din il‑liġi sostantiva, għandha tistabbilixxi fejn qiegħed il‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu kuntrattwali kkontestat.

b)      Raġunijiet li jiġġustifikaw emenda tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell

82.      Din l‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell tat lok għal diversi diffikultajiet prattiċi għall‑qrati nazzjonali fir‑rigward tal‑identifikazzjoni tal‑ġurisdizzjoni, u pprovokat kritika mqanqla fi ħdan id‑duttrina u wasslet lill‑Avukati Ġenerali sabiex jipproponu emenda ta’ din il‑ġurisprudenza. Il‑kritika kienet diretta kontra diversi aspetti ta’ din l‑interpretazzjoni kkontestata.

83.      Fl‑ewwel lok, fir‑rigward tal‑kumplessità tar‑regoli msemmija fil‑ġurisprudenza inkwistjoni, l‑identifikazzjoni tal‑qorti li għandha ġurisdizzjoni tirriżulta fil‑prattika bħala eċċessivament diffiċli, peress li ttaqqal il‑proċediment qabel ma l‑qorti tkun bdiet tivverifika l‑fondatezza tat‑talba (83). Fit‑tieni lok, id‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni abbażi tar‑regoli li jirriżultaw mill‑interpretazzjoni inkwistjoni tippreżenta għall‑partijiet fil‑kawża karattru imprevedibbli ħafna, billi huwa possibbli li l‑lex causae tad‑diversi Stati Membri tidentifika post differenti ta’ eżekuzzjoni għall‑istess tip ta’ obbligu (84). Għaldaqstant, il‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu kkontestat – u għaldaqstant il‑li għandha ġurisdizzjoni – huwa kull darba differenti skont il‑liġi applikabbli għar‑relazzjoni kuntrattwali. Fit‑tielet lok, id‑determinazzoni tal‑ġurisdizzjoni taħt ir‑regoli msemmija jista’ jkollha l‑effett li qrati differenti jkollhom ġurisdizzjoni fil‑każ fejn abbażi ta’ relazzjoni kuntrattwali waħda jitressqu diversi kawżi (85). Fir‑raba’ lok, id‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni skont dawn il‑prinċipji ma tfissirx neċessarjament li l‑qorti li tippreżenta l‑eqreb konnessjoni mal‑kwistjoni għandha l‑ġurisdizzjoni (86).

84.      Madankollu, il‑Qorti tal‑Ġustizzja ma ridtix tidderoga mill‑ġurisprudenza relatata mal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell li ġiet elaborata fis‑sentenzi De Bloos u Tessili, iżda, minkejja l‑ħafna kritika u s‑sejħiet tal‑Avukati Ġenerali intiżi sabiex tiġi mmodifikata l‑istess ġurisprudenza (87), tennietha suċċessivament f’diversi okkażjonijiet, pereżempju fis‑sentenzi GIE Groupe Concorde (88) u Leathertex (89). Fis‑sentenza Besix il‑Qorti tal‑Ġustizzja enfasizzat espressament li l‑kunċett ta’ “post fejn l‑obbligu ġie eżegwit jew għandu jiġi eżegwit” ma jistax jingħata interpretazzjoni awtonoma mingħajr ma titpoġġa fid‑dubju l‑ġurisprudenza stabbilita mibdija mis‑sentenza Tessili (90).

c)      Ir‑reazzjoni għall‑kritika: l‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001

85.      Waqt il‑proċess ta’ adozzjoni tar‑Regolament Nru 44/2001 il‑leġiżlatur Komunitarju kkunsidra din il‑kritika u ddeċieda li jemenda parzjalment ir‑regoli fuq ġurisdizzjoni fil‑kawżi ta’ natura kuntrattwali. Matul ix‑xogħlijiet ta’ tħejjija tar‑regolament, il‑kriterji u l‑kontenut ta’ din l‑emenda kienu s‑suġġett ta’ dibattitu eċċezzjonalment imqanqal (91). Wara negozjati twal, l‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001 ġie, fl‑aħħar nett, redatt b’mod li fis‑subparagrafu (b), għal żewġ kategoriji ta’ kuntratti – jiġifieri dawk ta’ bejgħ ta’ beni mobbli u dawk ta’ provvista ta’ servizzi – il‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu li huwa l-bażi tat-talba jiġi ddeterminat b’mod awtonomu wara li jitqies l‑obbligu karatteristiku tal‑kuntratt, filwaqt li fis‑subparagrafu (a) tal‑istess dispożizzjoni, għall‑kategoriji kollha l‑oħra ta’ kuntratti, inżamm it‑test li kien jinsab fl‑ewwel sentenza tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell.

2.      Interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1)(a) u (ċ) tar‑Regolament Nru 44/2001

86.      Mill‑Artikolu 5(1)(ċ) tar‑Regolament Nru 44/2001 jirriżulta li, biex tiġi ddeterminata l‑ġurisdizzjoni, jekk ma japplikax is‑subparagrafu (b) ta’ din id‑dispożizzjoni, japplika s‑subparagrafu (a) tagħha. Peress li fil‑kuntest tal‑eżami tal‑ewwel domanda ġie kkonstatat li f’dan il‑każ partikolari l‑ġurisdizzjoni ma tistax tiġi ddeterminata abbażi tas‑subparagrafu (b) ta’ din id‑dispożizzjoni, il‑ġurisdizzjoni għandha tiġi stabbilita abbażi tas‑subparagrafu (a) tagħha. Dan is‑subparagrafu (a) tal‑Artikolu 5(1) jistabbilixxi li persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’, fi Stat Membru ieħor, tkun imfittxija “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt, fil‑qrati tal‑post tat‑twettiq ta’ l‑obbligi f’dak il‑każ”. Fil‑fehma tiegħi, għall‑interpretazzjoni ta’ din id‑dispożizzjoni huwa meħtieġ li wieħed iqis li t‑test tal‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001 huwa identiku għal dak tal‑ewwel sentenza tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell, mill‑kontinwità bejn ir‑Regolament Nru 44/2001 u din il‑Konvenzjoni, kif ukoll mill‑elementi li jirriżultaw mill‑interpretazzjoni storika.

87.      Nixtieq li qabel kollox nenfasizza li t‑test tal‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001 jikkoinċidi għalkollox ma’ dak tal‑ewwel sentenza tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell. Dan il‑fatt, marbut mal‑prinċipju ta’ kontinwità interpretattiva bejn ir‑Regolament Nru 44/2001 u l‑Konvenzjoni ta’ Brussell iwassal fil‑fehma tiegħi biex wieħed jagħraf in‑neċessità li l‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament jiġi interpretat b’mod identiku għall‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni.

88.      L‑importanza tal‑prinċipju ta’ kontinwità fl‑interpretazzjoni tar‑Regolament Nru 44/2001 tirriżulta mid‑dsatax‑il premessa tiegħu, li tgħid li huwa opportun li tiġi żgurata l‑kontinwità bejn il‑Konvenzjoni ta’ Brussell u dan ir‑Regolament u anki l‑Qorti tal‑Ġustizzja hija marbuta li tiggarantixxi din il‑kontinwità. Il‑Qorti tal‑Ġustizzja diġà ċċarat fil‑ġurisprudenza tagħha l‑importanza ta’ interpretazzjoni identika taż‑żewġ testi leġiżlattivi msemmijin iktar ’il fuq.

89.      L‑importanza ta’ interpretazzjoni uniformi tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell u tar‑Regolament Nru 44/2001 diġà ġiet enfasizzata mill‑Qorti tal‑Ġustizzja fis‑sentenza Henkel (92), fejn is‑suġġett tal‑interpretazzjoni tagħha ma kienx ir‑regolament iżda l‑konvenzjoni, li kienet applikabbli f’dak il‑każ ratione temporis. Is‑sentenza ngħatat wara d‑dħul fis‑seħħ tar‑Regolament Nru 44/2001 (93). Fl‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(3) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell il‑Qorti tal‑Ġustizzja bbażat ruħha wkoll fuq it‑test – ifformulat b’mod iktar ċar – tal‑Artikolu 5(3) tar‑Regolament Nru 44/2001 (94) u enfasizzat li, fin‑nuqqas ta’ raġunijiet għal interpretazzjoni differenti, l‑Artikolu 5(3) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell għandu jkollu portata identika għal dik tad‑dispożizzjoni korrispondenti tar‑Regolament Nru 44/2001 (95). Hija qalet ukoll li dan jassumi importanza ikbar għall‑fatt li, ħlief għad‑Danimarka, dan ir‑regolament issostitwixxa l‑Konvenzjoni ta’ Brussell (96).

90.      Fis‑sentenza Reisch Montage (97) il‑Qorti tal‑Ġustizzja ma għamlitx referenza espliċita għall‑prinċipju ta’ kontinwità interpretattiva, iżda, fl‑interpretazzjoni tar‑Regolament Nru 44/2001, hija bbażat ruħha fuq il‑ġurisprudenza dwar il‑Konvenzjoni ta’ Brussell (98). Hija assumiet pożizzjoni analoga fis‑sentenzi Freeport (99), ASML Netherlands (100), FBTO Schadeverzekeringen (101), kif ukoll Hassett u Doherty (102). Minkejja dan, l‑Avukati Ġenerali f’ħafna kawżi ġibdu espressament l‑attenzjoni fuq l‑importanza tal‑kontinwità bejn il‑Konvenzjoni ta’ Brussell u r‑Regolament Nru 44/2001 (103).

91.      Fil‑ġurisprudenza tagħha sa llum il‑Qorti tal‑Ġustizzja ddeċidiet li twarrab il‑prinċipju ta’ kontinwità u li tadotta interpretazzjoni tar‑Regolament Nru 44/2001 differenti mill‑Konvenzjoni ta’ Brussell, pereżempju fil‑kawża Glaxosmithkline (104), fir‑rigward tal‑ġurisdizzjoni f’materja ta’ kuntratti individwali ta’ xogħol. Fil‑Konvenzjoni ta’ Brussell il‑ġurisdizzjoni għal dawn il‑kuntratti hija rregolata mill‑Artikolu 5(1) filwaqt li fir‑Regolament Nru 44/2001 hemm sezzjoni speċjali ddedikata għaliha (Artikoli 18 sa 21). Biex timmotiva interpretazzjoni differenti tad‑dispożizzjonijiet ġodda, il‑Qorti tal‑Ġustizzja rreferiet għall‑emendi sostanzjali introdotti mir‑regolament, u dan huwa ulterjorment ikkonfermat fix‑xogħlijiet ta’ tħejjija ta’ dan tal‑aħħar (105).

92.      Anki fil‑kawża Ilsinger (106), fejn għadha ma ngħatax sentenza, issuġġerejt li l‑Qorti tal‑Ġustizzja, fil‑kuntest tal‑ġurisdizzjoni f’materja ta’ kuntratti konklużi minn konsumaturi, tagħti lill‑Artikolu 15(1)(ċ) tar‑Regolament Nru 44/2001 interpretazzjoni differenti minn dik tal‑ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 13(3) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell minħabba l‑formulazzjoni parzjalment differenti tad‑dispożizzjoni ċċitata tar‑regolament ipparagunata mal‑Konvenzjoni.

93.      Madankollu, f’dan il‑każ partikolari m’hemmx il‑kundizzjonijiet għal interpretazzjoni differenti tal‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001 meta mqabbel mal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell, u dan mhux biss għall‑fatt, li diġà semmejt, li ż‑żewġ artikoli huma redatti b’mod identiku, iżda wkoll għaliex permezz ta’ analiżi storika tat‑testi leġiżlattivi huwa possibbli li jiġi kkonstatat li dan jikkorrispondi mal‑intenzjoni espressa mil‑leġiżlatur Komunitarju.

94.      L‑interpretazzjoni storika turi li l‑formulazzjoni tal‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001, kif ġiet adottata fi tmiem il‑proċess leġiżlattiv, hija r‑riżultat ta’ kompromess bejn dawk li riedu jżommu r‑regoli fuq id‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni żviluppati mill‑Qorti tal‑Ġustizzja fil‑ġurisprudenza tagħha fil‑kawżi De Bloos u Tessili, u dawk li xtaqu li din il‑ġurisprudenza tiġi mmodifikata. Fost il‑proposti ta’ formulazzjoni ta’ tifsira opposta għar‑regola msemmija – li kienu jvarjaw mill‑konferma tal‑istatus quo sad‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni abbażi tal‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu karatteristiku għall‑kuntratti kollha (107) – fl‑aħħar rebħet soluzzjoni ta’ kompromess, li stabbiliet determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni abbażi tal‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu karatteristiku għal żewġ kategoriji ta’ kuntratti, jiġifieri l‑kuntratti ta’ bejgħ ta’ beni u dawk ta’ provvista ta’ servizzi, filwaqt li għall‑bqija tal‑kuntratti nżammew ir‑regoli eżistenti. Din is‑soluzzjoni ta’ kompromess fil‑verità qasmet fi tnejn l‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001, preċiżament il‑mezz li bih kien possibbli li wieħed jipproċedi għar‑riforma ta’ dan l‑artikolu (108).

95.      Għaldaqstant, ir‑rieda tal‑leġiżlatur hija ċara: li jiġi rregolat b’mod awtonomu l‑post ta’ eżekuzzjoni tal‑obbligu għall‑kuntratti ta’ bejgħ ta’ beni u ta’ provvista ta’ servizzi, u għall‑kuntratti l‑oħra, jinżammew ir‑regoli fuq id‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni kif jirriżultaw mill‑interpretazzjoni tal‑Qorti tal‑Ġustizzja dwar l‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell (109). Li kieku l‑leġiżlatur ried li għall‑kuntratti kollha l‑ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata, pereżempju, abbażi tal‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu karatteristiku tal‑kuntratt, huwa kien jipprovdi li jagħti lill‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001 formulazzjoni korrispondenti. Iżda meta jiġi kkunsidrat it‑test attwali ta’ dan l‑artikolu jirriżulta ċar ħafna minn ċerti verżjonijiet lingwistiċi li biex tiġi ddeterminata l‑ġurisdizzjoni huwa ta’ importanza deċiżiva l‑obbligu li jikkostitwixxi s‑suġġett tal‑kawża ta’ bejn il‑partijiet (110).

96.      Huwa minnu li din is‑soluzzjoni ta’ kompromess mhijiex mingħajr difetti. Fil‑fatt meta ġew emendati r‑regoli ta’ determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni biss għall‑kuntratti ta’ bejgħ ta’ beni u ta’ provvista ta’ servizzi, ir‑Regolament Nru 44/2001 neħħa għal dawn iż‑żewġ kategoriji ta’ kuntratti l‑iżvantaġġi derivanti mir‑regoli msemmijin kif żviluppati fil‑ġurisprudenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja fil‑kawżi De Bloos u Tessili; madankollu, dawn l‑iżvantaġġi baqgħu għall‑kategoriji l‑oħrajn kollha ta’ kuntratti, li għalihom il‑ġurisdizzjoni hija ddeterminata abbażi tal‑Artikolu 5(1)(a) ta’ dan ir‑regolament. Minbarra dan, l‑emenda li saret f’dawn ir‑regoli ta’ determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni ġġib magħha żewġ diffikultajiet ġodda.

97.      Fl‑ewwel lok, il‑formulazzjoni tal‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001 qajmet il‑problema tad‑distinzjoni bejn il‑kuntratti li fir‑rigward tagħhom il‑ġurisdizzjoni tkun ibbażata fuq is‑subparagrafu (b) – jiġifieri l‑kuntratti ta’ bejgħ u ta’ provvista ta’ servizzi – u dawk li għalihom il‑ġurisdizzjoni tiġi ddeterminata abbażi tas‑subparagrafu (a) tal‑istess dispożizzjoni. Din il‑kwistjoni turi b’mod ċar kif din id‑distinzjoni mhijiex ċara u għalhekk jeħtieġ li f’kull każ speċifiku jiġi stabbilit f’liema kategorija jaqa’ kuntratt partikolari (111).

98.      Fit‑tieni lok, minħabba ż‑żamma tal‑interpretazzjoni tas‑subparagrafu (a) tal‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament nru 44/2001 li tirriżulta mill‑ġurisprudenza De Bloos u Tessili, ikun hemm nuqqas ta’ koerenza fl‑interpretazzjoni tas‑subparagrafi (a) u (b) ta’ dan l‑artikolu peress li l‑ġurisdizzjoni hija ddeterminata, fil‑każ stabbilit fis‑subparagrafu (b), skont il‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu karatteristiku, filwaqt li fil‑każijiet stabbiliti fis‑subparagrafu (a), din tkun skont il‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu kkontestat.

99.      Minħabba l‑inkonvenjenti msemmijin iktar ’il fuq, li jitwettqu jekk mhux saħansitra jirriżultaw mill‑emendi tar‑regoli fuq il‑ġurisdizzjoni f’natura kuntrattwali, huwa mixtieq li tingħata interpretazzjoni ġdida u differenti tas‑subparagrafu (a) ta’ dan l‑artikolu (112), iżda f’dan il‑każ tiġi evitata jew ċertament kontradetta r‑rieda ċara tal‑leġiżlatur. B’hekk, il‑Qorti tal‑Ġustizzja tkun qed tissostitwixxi ruħha għal‑leġiżlatur fix‑xogħol tiegħu u teċċedi l‑limiti tal‑ġurisdizzjoni tagħha. Għaldaqstant, fil‑fehma tiegħi, fir‑rigward tas‑subparagrafu (a) tal‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001 hemm bżonn li tinżamm l‑interpretazzjoni żviluppata mill‑Qorti tal‑Ġustizzja fil‑kawżi De Bloos u Tessili dwar l‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell.

100. Kif indikat mill‑qorti tar‑rinviju, fil‑każ inkwistjoni d‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni abbażi tal‑interpretazzjoni li tirriżulta mill‑ġurisprudenza De Bloos u Tessili tfisser fil‑prattika li l‑ġurisdizzjoni għall‑konjizzjoni tat‑talba għall‑ħlas tal‑korrispettivi tal‑liċenzja għar‑reġistrazzjonijiet vidjo tal‑kunċert inkwistjoni abbażi tal‑kuntratt ta’ liċenzja huwa tal‑qorti tal‑post fejn huwa ddomiċiljat id‑detentur tal‑liċenzja u għaldaqstant tal‑qorti Ġermaniża.

3.      Rilevanza tas‑sentenza Besix f’dan il‑każ

101. Fl‑aħħar nett għandha tiġi eżaminata l‑kwistjoni dwar jekk l‑interpetazzjoni tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell mogħtija mill‑Qorti tal‑Ġustizzja fis‑sentenza Besix (113) tipprekludix li f’dan il‑każ tiġi ddeterminata l‑ġurisdizzjoni skont is‑subparagrafu (a) tal‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001. Billi ġie kkonstatat li l‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat b’mod identiku għall‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell, jeħtieġ li jitqiesu l‑prinċipji stabbiliti fis‑sentenza Besix anki f’din il‑kawża. Fis‑sentenza Besix il‑Qorti tal‑Ġustizzja ddeċidiet li l‑ġurisdizzjoni ma tiġix iddeterminata skont din l‑aħħar dispożizzjoni fil‑każ li l‑post ta’ eżekuzzjoni tal‑obbligu fil‑kawża ma jkunx jista’ jiġi identifikat, minħabba l‑fatt li l‑obbligu kuntrattwali kkontestat jikkonsisti f’impenn li ma ssirx xi ħaġa li ma jkollu l‑ebda restrizzjoni ġeografika u huwa, għaldaqstant, ikkaratterizzat minn bosta postijiet fejn kien jew kellu jiġi eżegwit (114). F’dan il‑każ il‑ġurisdizzjoni hija ddeterminata abbażi tal‑ewwel paragrafu tal‑Artikolu 2 ta’ din il‑Konvenzjoni.

102. Madankollu, fil‑fehma tiegħi, dan il‑każ mhuwiex paragunabbli ma’ dak li hu s‑suġġett tal‑kawża Besix. Fil‑fatt, fil‑kawża Besix ma kienx possibbli li jiġi stabbilit il‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu kkontestat, filwaqt li f’dan il‑każ, peress li hemm obbligu pekunjarju ta’ ħlas ta’ korrispettiv ta’ liċenzja għar‑reġistrazzjonijiet vidjo, id‑determinazzjoni ta’ dan il‑post ta’ eżekuzzjoni hija possibbli. Peress li, skont il‑ġurisprudenza De Bloos, għall‑finijiet tad‑determinazzjoni tal‑ġurisdizzjoni huwa ta’ importanza deċiżiva l‑obbligu kkontestat, ftit fiha importanza l‑kwistjoni dwar jekk huwiex possibbli li jiġi stabbilit il‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu tal‑għoti tal‑liċenżja li, għalkemm fiċ‑ċirkustanzi ta’ dan il‑każ hija karatteristika tal‑kuntratt, mhijiex is‑suġġett tal‑kwistjoni.

4.      Konklużjoni

103. Fid‑dawl ta’ dak li ġie kkonstatat iktar ’il fuq, nissuġġerixxi lill‑Qorti tal‑Ġustizzja li r‑risposta għat‑tielet domanda preliminari tkun li tiddikjara li l‑Artikolu 5(1)(a) u (ċ) tar‑Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis‑sens li l‑ġurisdizzjoni għall‑kwistjonijiet derivanti minn kuntratt ta’ liċenzja skont id‑dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq hija ddeterminata abbażi tal‑prinċipji li jirriżultaw mill‑ġurisprudenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja dwar l‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell.

VII – Konklużjonijiet

104. Fid‑dawl tal‑konklużjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi lill‑Qorti tal‑Ġustizzja li tirrispondi kif ġej għad‑domandi preliminari li għamlet l‑Oberster Gerichtshof:

1)         Ir‑risposta għall‑ewwel domanda preliminari għandha tkun li l‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament (KE) Nru 44/2001 tal‑Kunsill tat‑22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis‑sens li l‑kuntratt li bih proprjetarju ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali jikkonċedi lill‑kontroparti l‑jedd li juża dan id‑dritt (kuntratt ta’ liċenzja) ma jikkostitwixxix kuntratt li għandu bħala suġġett provvista ta’ servizzi skont id‑dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq.

2)         Ir‑risposta għat‑tielet domanda preliminari għandha tkun li l‑Artikolu 5(1)(a) u (ċ) tar‑Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis‑sens li l‑ġurisdizzjoni għall‑kwistjonijiet derivanti minn kuntratt ta’ liċenzja skont id‑dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq hija ddeterminata abbażi tal‑prinċipji li jirriżultaw mill‑ġurisprudenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja dwar l‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell.


1 – Lingwa oriġinali: is‑Sloven


2 – ĠU L 12, p. 1.


3 – Konvenzjoni ta’ Brussell tas‑27 ta’ Settembru 1968, dwar il‑ġurisdizzjoni u r‑rikonoxximent u l‑eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 1972 L 299, p. 32), kif emendata bil‑Konvenzjoni tad‑9 ta’ Ottubru 1978, dwar l‑adeżjoni tar‑Renju tad‑Danimarka, tal‑Irlanda u tar‑Renju Unit tal‑Gran Brittanja u l‑Irlanda ta’ Fuq (ĠU L 304, p. 1, u – test emendat – p. 77), bil‑Konvenzjoni tal‑25 ta’ Ottubru 1982, dwar l‑adeżjoni tar‑Repubblika Ellenika (ĠU L 388, p. 1), bil‑Konvenzjoni tas‑26 ta’ Mejju 1989, dwar l‑adeżjoni tar‑Renju ta’ Spanja u tar‑Repubblika Portugiża (ĠU L 285, p. 1), u bil‑Konvenjoni tad‑29 ta’ Novembru 1996, dwar l‑adeżjoni tar‑Repubblika tal‑Awstrija, tar‑Repubblika tal‑Finlandja u tar‑Renju tal‑Isvezja (ĠU 1997, C 15, p. 1).


4 – Il‑qorti tar‑rinviju tuża fir‑rigward ta’ dan il‑kuntratt it‑terminu “kuntratt ta’ liċenzja”, u għalhekk ser nużah anki f’dawn il‑konklużjonijiet, minkejja li, kif ser nispjega iktar ’il quddiem fil‑punt 49, f’xi Stati Membri l‑kuntratt ta’ liċenzja jiġi ddefinit f’sens iktar ristrett.


5 – Il‑qorti tar‑rinviju tirreferi għas‑sentenzi tal‑Qorti tal‑Ġustizzja tad‑29 ta’ April 1999, Ciola (C‑224/97, Ġabra p. I‑2517), u tal‑21 ta’ Marzu 2002, Cura Anlagen (C‑451/99, Ġabra p. I‑3193).


6 – F’dan il‑kuntest il‑qorti tar‑rinviju ssemmi l‑Artikolu 6(1) tas‑Sitt Direttiva tal‑Kunsill 77/388/KEE tas‑17 ta’ Mejju 1977, fuq l‑armonizzazzjoni tal‑liġijiet tal‑Istati Membri dwar taxxi fuq id‑dħul mill‑bejgħ ‑ Sistema komuni ta’ taxxa fuq il‑valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), kif ukoll l‑Artikolu 25 tad‑Direttiva tal‑Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006, dwar is‑sistema komuni ta’ taxxa fuq il‑valur miżjud (ĠU L 347, p.1).


7 – Sentenza tad‑19 ta’ Frar 2002 (C‑256/00, Ġabra p. I‑1699).


8 – Dan jindika li l‑qorti tar‑rinviju impliċitament tiddeduċi minn din il‑preżunzjoni li l‑ġurisprudenza relatata mal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell tapplika wkoll għall‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001.


9 – Sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 1976 (14/76, Ġabra p. 1497).


10 – Sentenza tas‑6 ta’ Ottubru 1976 (12/76, Ġabra p. 1473).


11 – Nota ta’ qiegħ il‑paġna li tirrigwarda biss il‑verżjoni Slovena ta’ dawn il‑konklużjonijiet.


12 – Ir‑rikorrenti fil‑kawża prinċipali jirreferu għal dawn ir‑regoli b’mod ġenerali, mingħajr ma jsemmu dispożizzjonijiet speċifiċi.


13 – Direttiva 2006/123/KE tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill dwar is‑servizzi fis‑suq intern (ĠU L 376, p. 36).


14 – F’dan ir‑rigward, ir‑rikorrenti fil‑kawża prinċipali jirreferu għar‑Rakkomandazzjoni tal‑Kummissjoni tat‑18 ta’ Mejju 2005, 2005/737/KE dwar il‑ġestjoni kollettiva bejn il‑pajjiżi tad‑drittijiet tal‑awtur u d‑drittijiet relatati għal servizzi mużikali online leġittimi (ĠU L 349M , 12.12.2006, p. 475), u għall‑Komunikazzjoni tal‑Kummissjoni lill‑Kunsill, lill‑Parlament Ewropew u lill‑Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ‑ Ġestjoni tad‑drittijiet tal‑awtur u drittijiet relatati fis‑suq intern [KUMM(2004) 261 finali].


15 – Sentenza Ciola, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 5.


16 – Sentenza Cura Anlagen, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 5.


17 – F’dan il‑kuntest, il‑Gvern Ġermaniż jirreferi għall‑Artikolu 24(1) tad‑Direttiva tal‑Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006, dwar is‑sistema komuni ta’ taxxa fuq il‑valur miżjud (ĠU L 347, p. 1), kif ukoll tal‑ewwel sentenza tal‑Artikolu 6(1), tas‑Sitt Direttiva tal‑Kunsill 77/388/KEE tas‑17 ta’ Mejju 1977, fuq l‑armonizzazzjoni tal‑liġijiet tal‑Istati Membri dwar taxxi fuq id‑dħul mill‑bejgħ ‑ Sistema komuni ta’ taxxa fuq il‑valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


18 – Proposta għal Regolament tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill dwar il‑liġi applikabbli għall‑obbligi kuntrattwali (Ruma I) [KUMM(2005) 650 finali].


19 – Iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 7.


20 – Iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 7.


21 – Sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2002 (C‑167/00, Ġabra p. I‑8111).


22 – Sentenza tat‑8 ta’ Mejju 2003 (C‑111/01, Ġabra p. I‑4207).


23 – Proposta għal Regolament tal‑Kunsill (KE) dwar il‑ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali [KUMM(1999) 348 finali], p. 14.


24 – Fir‑rigward tal‑prinċipju ġenerali actor sequitur forum rei, nixtieq inżid li l‑għan tal‑kriterju tal‑kompetenza abbażi tad‑domiċilju tal‑konvenut huwa l‑protezzjoni tad‑drittijiet ta’ dan tal‑aħħar, peress li l‑possibbiltajiet li jiddefendi lilu nnifsu f’kawża jonqsu jekk jidher quddiem qorti ta’ Stat Membru differenti minn dik tad‑domiċilju tiegħu. Ara, pereżempju, il‑konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali Ruiz‑Jarabo Colomer ippreżentati fl‑14 ta’ Marzu 2006 fil‑kawża Reisch Montage (sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja tat‑13 ta’ Lulju 2006, C‑103/05, Ġabra p. I‑6827, punt 21). Ara wkoll, b’analoġija, b’referenza għall‑Konvenzjoni ta’ Brussell, P. Jenard, Rapport fuq il‑Konvenzjoni dwar ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas‑sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 1979, C 59, p. 18).


25 – Ara t‑tnax‑il premessa tar‑Regolament Nru 44/2001.


26 – Ara, f’dan ir‑rigward, P. Mankowski, f’U. Magnus, u P. Mankowski (edituri), Brussels I Regulation, Sellier. European Law Publishers, Munich, 2007, p. 90, punt 1.


27 – Fir‑rigward tad‑dritt ta’ għażla tar‑rikorrent, ara P. Mankowski, f’U. Magnus, u P. Mankowski (edituri), Brussels I Regulation, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 27, p. 89, punt 1.


28 – Għal iktar dettalji dwar in‑negozjati li kien hemm u għall‑possibbilitajiet eżaminati għall‑formulazzjoni tal‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru. 44/2001, ara P. R. Beaumont, “The Brussels Convention Becomes a Regulation: Implications for Legal Basis, External Competence and Contract Jurisdiction”, f’J. Fawcett (editur), Reform and Development of Private International Law. Essays in Honour of Sir Peter North, Oxford University Press, New York, 2002, p. 15 et seq; C. Kohler, “Revision des Brüsseler und Luganer Übereinkommens”, f’P. Gottwald (editur), Revision des EuGVÜ – Neues Schiedsverfahrensrecht, Gieseking‑Verlag, Bielefeld, 2000, p. 12 et seq.


29 – P. Rogerson, “Plus ça change? Article 5(1) of the Regulation on jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments”, Cambridge Yearbook of European legal studies, 2000, p. 383, isostni, fir‑rigward tal‑Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell, li din hija waħda mid‑dispożizzjonijiet ta’ din il‑Konvenzjoni li l‑iktar jiġu applikati, u li għaliha jirreferu diversi drabi l‑partijiet fil‑kawża. Wieħed għandu jistenna li l‑istess jgħodd għall‑Artikolu 5(1) tar‑Regolament Nru 44/2001.


30 – Kif indikajt iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 4, hija l‑qorti tar‑rinviju li tikklassifika dan il‑kuntratt bħala “kuntratt ta’ liċenzja”.


31 – Ara K. Lenaerts, D. Arts, I. Maselis, u R. Bray, Procedural Law of the European Union, it‑Tieni Edizzjoni., Sweet & Maxwell, Londra, 2006, p. 194 u 195, punti 6‑030 u 6‑031; Van S. Raepenbusch, Droit institutionnel de l’Union européenne, ir‑Raba’ Edizzjoni, Larcier, Brussell, 2005, p. 578.


32 – Fis‑sistema legali Ċeka, il‑kuntratt ta’ liċenzja għall‑użu ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali huwa rregolat mill‑Artikoli 508 sa 515 tal‑Obchodní zákoník (Kodiċi tal‑Kummerċ). L‑Artikolu 508 ta’ dan il‑Kodiċi jistabblixxi li, bil‑kuntratt ta’ liċenzja, il‑konċedent jagħti lid‑detentur tal‑liċenzja d‑dritt li juża beni ta’ proprjetà industrijali b’mod speċifiku u f’kuntest miftiehem, filwaqt li d‑detentur tal‑liċenzja jobbliga ruħu min‑naħa tiegħu li jagħti korrispettiv fi flus jew utilitajiet oħra materjali. Fis‑sistema legali Ċeka, il‑kuntratt ta’ liċenzja għall‑għoti tad‑dritt ta’ użu ta’ xogħlijiet ta’ awtur huwa rregolat mill‑Artikoli 46 sa 57 taż‑Zákon o dílech literárních, vedeckých a umelechkých (autorský zákon) [Liġi fuq xogħlijiet letterarji, xjentifiċi u artistiċi (Liġi fuq id‑drittijiet tal‑awtur)] L‑Artikolu 46(1) ta’ din il‑liġi jistabbilixxi li, bil‑kuntratt ta’ liċenzja, l‑awtur jista’ jagħti lid‑detentur ta’ liċenzja d‑dritt ta’ użu ta’ xogħol, filwaqt li d‑detentur tal‑liċenzja jobbliga ruħu li jħallas somma lill‑awtur, sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor.


33 – Fis‑sistema legali Slovena, il‑kuntratt ta’ liċenzja huwa rregolat mill‑Artikoli 704 sa 728 tal‑Obligacijski zakonik (Kodiċi tal‑Obbligazzjonijiet). L‑Artikolu 704 ta’ dan il‑Kodiċi jipprovdi li, bil‑kuntratt ta’ liċenzja, il‑konċedent jobbliga ruħu li jagħti lid‑detentur tal‑liċenzja, għal kollox jew parzjalment, id‑dritt li juża invenzjoni koperta minn privattiva, skoperta xjentifika, kompetenzi tekniċi, trade marks, disinni jew mudelli, filwaqt li d‑detentur jobbliga ruħu li jħallas lill‑konċedent korrispettiv partikolari. Il‑leġiżlazzjoni fir‑rigward tad‑dritt tal‑awtur (Zakon o avtorski in sorodnih pravicah) [Liġi fuq id‑drittijiet tal‑awtur u d‑drittijiet konnessi] ma tirregolax speċifikament il‑kuntratt ta’ liċenzja; dan jissemma biss b’referenza għall‑programmi informatiċi fl‑Artikolu 113(2) taż‑Zakon o avtorski in sorodnih pravicah, filwaqt li l‑għoti ta’ drittijiet ta’ użu ta’ xogħlijiet ta’ awtur tiġi rregolata fil‑kuntest ta’ kuntratti oħrajn.


34 – Pereżempju l‑Artikolu 35 tal‑Patentgesetz (Liġi fuq il‑privattivi) Awstrijaka jippermetti lill‑proprjetarju ta’ privattiva sabiex jittrasferixxi lill‑individwi oħrajn id‑dritt għall‑użu ta’ invenzjoni. L‑Artikolu 14(1) tal‑Markenschutzgesetz (Liġi fuq il‑protezzjoni ta’ trade marks) jistabbilixxi li trade mark tista’ tkun suġġett ta’ liċenzji esklużivi jew mhux esklużivi għall‑prodotti kollha jew parti minnhom li għalihom hija reġistrata. Fid‑duttrina Awstrijaka, ara G. Kucsko, Geistiges Eigentum. Markenrecht, Musterrecht, Patentrecht, Urheberrecht, Manz, Vjenna, 2003, p. 469 (liċenzja ta’ trade mark) u p. 929 (liċenzja ta’ privattiva). L‑Urheberrechtsgesetz (Liġi fuq id‑drittijiet tal‑awtur) Awstrijaka ma tirregolax espliċitament il‑kuntratt ta’ liċenzja għall‑għoti tad‑dritt ta’ użu ta’ xogħlijiet ta’ awtur, madankollu dan it‑tip ta’ kuntratt ġie stabbilit fil‑prattika. Dan l‑isem, b’referenza għall‑għoti tad‑dritt ta’ użu ta’ xogħlijiet ta’ awtur, jintuża, pereżempju mill‑ġurisprudenza Awstrijaka; fuq dan il‑punt ara l‑Oberster Gerichtshof: OGH 10.12.1985, 4 Ob 381/84; OGH 15.10.2002, 4 Ob 209/02t; OGH 29.4.2003, 4 Ob 57/03s. Fir‑rigward tal‑għoti permezz ta’ kuntratt ta’ konċessjoni tad‑dritt ta’ użu ta’ programmi informatiċi, ara, fid‑duttrina, pereżempju, E. Holzinger, “Rechtsgeschäftiche Übertragung von Software. Versuch einer systematischen Einordnung”, EDV & Recht, nru 4/1987, p. 10.


35 – Fis‑sistema legali Franċiża, il‑Code de la propriété intellectuelle (Kodiċi tal‑proprjetà intellettwali) jistabbilixxi pereżempju, fit‑tieni paragrafu tal‑Artikolu L 613‑8, li d‑drittijiet derivanti minn privattiva jistgħu jkunu suġġett ta’ liċenzji esklużivi jew mhux esklużivi. Fid‑duttrina Franċiża, ara, pereżempju, Y. Marcellin, Le Droit Français de la Propriété Intellectuelle, Cedat, Pariġi, 1999, p. 433 et seq, li jgħid, fir‑rigward tal‑għoti ta’ liċenzja ta’ privattiva, li l‑liċenzja tingħata b’kuntratt li permezz tiegħu l‑inventur (il‑konċedent) jagħti lid‑detentur id‑dritt ta’ użu għalkemm il‑konċedent jibqa’ l‑proprjetarju tal‑privattiva. L‑istess awtur isostni wkoll (p. 436) li d‑detentur tal‑liċenzja għandu obbligu li jħallas il‑korrispettivi kif ukoll l‑obbligu li juża l‑oġġett tal‑liċenzja. Id‑dritt Franċiż ma jirregolax speċifikament l‑għoti ta’ liċenzji dwar id‑dritt tal‑awtur. Pjuttost, l‑għoti ta’ drittijiet ta’ użu ta’ xogħlijiet tal‑awtur tiġi rregolata minn kuntratti oħrajn stabbiliti mil‑leġiżlazzjoni li tikkonċerna d‑dritt tal‑awtur. Fuq dan il‑punt ara Y. Marcellin, op. cit., p. 68 et seq.


36 – Il‑Copyright and Related Rights Act, 2000 (Liġi fuq id‑drittijiet tal‑awtur u d‑drittijiet relatati) Irlandiż jippermetti, pereżempju, il‑liċenzji ta’ drittijiet ta’ użu ta’ xogħlijiet tal‑awtur fl‑ewwel paragrafu tal‑Artikolu 120. Fid‑duttrina Irlandiża ara, pereżempju, fir‑rigward ta’ kuntratti ta’ liċenzja dwar id‑drittijiet tal‑awtur, R. Clark, Irish Copyright and Design Law, Butterworths, Dublin, 2003, p. C/110 et seq.


37 – L‑Artikolu 15(2) tal‑Patentgesetz (Liġi fuq il‑privattivi) Ġermaniża jirregola l‑kuntratt ta’ liċenzja ta’ privattiva; din id‑dispożizzjoni tippermetti l‑għoti ta’ liċenzji ta’ privattiva permezz ta’ kuntratt, u jipprovdi, fost oħrajn, li l‑liċenzja tista’ tkun esklużiva jew mhux esklużiva. L‑Artikolu 30 tal‑Markengesetz (Liġi fuq it‑trade marks) jistabbilixxi li t‑trade mark tista’ tkun is‑suġġett ta’ liċenzji esklużivi u mhux esklużivi. H. Stumpf, u M. Groβ, Der Lizenzvertrag, it‑Tmien Edizzjoni., Verlag Recht und Wirtschaft, Frankfurt am Main, 2008, p. 41, punt 16, isostnu li l‑liċenzja tista’ tingħata wkoll għal ħiliet tekniċi partikolari (know how). Il‑Gesetz über Urheberrecht und verwandte Schutzrechte (Liġi fuq id‑drittijiet tal‑awtur u d‑drittijet relatati) Ġermaniża ma ssemmix espliċitament il‑kuntratt ta’ liċenzja iżda tirregola fl‑Artikolu 31 l‑għoti ta’ drittijiet ta’ użu (Einräumung von Nutzungsrechten). Minkejja dan, fid‑duttrina Ġermaniża niltaqgħu, pereżempju, mat‑terminu “liċenzja” anki fis‑settur tad‑drittijiet tal‑awtur; ara, pereżempju, H. Schack, Urheber und Urhebervertragsrecht, it‑Tieni Edizzjoni, Mohr Siebeck, Tübingen, 2001, p. 245, punti 539 u 540.


38 – Il‑kuntratti ta’ liċenzja dwar id‑drittijiet tal‑awtur huma rregolati pereżempju mil‑leġiżlazzjoni Ċeka (ara iktar ’il fuq, nota ta’ qiegħ il‑paġna 33) u dik Irlandiża (ara iktar ’il fuq, nota ta’ qiegħ il‑paġna 37).


39 – Ara, pereżempju l‑leġiżlazzjoni Slovena (ara iktar ’il fuq, nota ta’ qiegħ il‑paġna 34) u dik Franċiża (ara iktar ’il fuq, nota ta’ qiegħ il‑paġna 36).


40 – Pereżempju, fis‑settur tad‑drittijiet tal‑awtur, id‑Direttiva tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill 2001/29/KE tat‑22 ta Mejju 2001, dwar l‑armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal‑awtur u drittijiet relatati fis‑soċjetà tal‑informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230), tgħid, fit‑tletin premessa, li d‑drittijiet li tirreferi għalihom jistgħu jiġu ttrasferiti, assenjati jew regolati mill‑għotja ta’ liċenzji kuntrattwali, mingħajr preġudizzju għal‑leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti dwar id‑drittijiet tal‑awtur u drittijiet relatati. Fir‑rigward tad‑drittijiet tat‑trade marks, ir‑Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 40/94 tal‑20 ta’ Diċembru 1993, dwar it‑trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146), jistabbilixxi fl‑Artikolu 22(1) li tista’ tingħata liċenzja għal trade mark Komunitarja fir‑rigward ta’ xi wħud mill‑prodotti jew servizzi li għalihom hija reġistrata, jew fir‑rigward ta’ kollha, għall‑Komunità kollha jew għal parti minnha. Il‑liċenzja tista’ tkun esklużiva jew mhux esklużiva. Anki r‑Regolament mistenni fuq il‑privattiva Komunitarja jinkludi dispożizzjonijiet fuq il‑kuntratt ta’ liċenzja; fil‑fatt, il‑Proposta għal Regolament tal‑Kunsill dwar il‑privattiva Komunitarja [KUMM(2000) 412 finali] tistabbilixxi, fl‑Artikolu 19, li l‑privattiva Komunitarja tista’ tkun is‑suġġett ta’ liċenzji, kollha kemm hi jew parzjalment, għat‑territorji kollha tal‑Komunità jew parti minnhom, u li dawn il‑liċenzji jistgħu jkunu esklużivi jew mhux esklużivi.


41 – Agreement on Trade‑Related Aspects of Intellectual Property Rights (TRIPS). Il‑Ftehim TRIPS jistabbilixxi fl‑Artikolu 21, li l‑Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l‑kundizzjonijiet għall‑għoti ta’ liċenzja ta’ trade mark; iżda dan jippreskrivi, fost oħrajn, fl‑Artikolu 28(2) li l‑proprjetarji ta’ privattiva għandu jkollhom id‑dritt li jikkonkludu kuntratt ta’ liċenzja. It‑test tal‑ftehim jinstab f’format elettroniku fuq l‑Internet fil‑paġna http://www.wto.org/english/docs_e/legal_e/27‑trips.pdf.


42 – Konvenzjoni fuq l‑għoti ta’ privattivi Ewropej tal‑5 ta’ Ottubru 1973 (Konvenzjoni fuq il‑Privattiva Ewropea), kif emendata bl‑Att ta’ reviżjoni tal‑Artikolu 63 tagħha tas‑17 ta’ Diċembru 1991, u bid‑deliberazzjonijiet tal‑Kunsill Amministrattiv tal‑Konvenzjoni tal‑21 ta’ Diċembru 1978, tat‑13 ta’ Diċembru 1994, tal‑20 ta’ Ottubru 1995, tal‑5 ta’ Diċembru 1996, tal‑10 ta’ Diċembru 1998 u tas‑27 ta’ Ottubru 2005 u li tinkludi dispożizzjonijiet tranżitorji għall‑applikazzjoni tal‑Att ta’ reviżjoni tal‑Konvenzjoni tad‑29 ta’ Novembru 2000. Il‑Konvenzjoni fuq il‑Privattiva Ewropea tirregola, fl‑Artikolu 73, il‑liċenzja kuntrattwali ta’ privattiva u tistabbilixxi li l‑privattiva Ewropea tista’ tkun is‑suġġett ta’ liċenzja għat‑territorju kollu jew parti minnu tal‑Istati firmatarji. It‑test tal‑Konvenzjoni jista’ jiġi kkonsultat f’format elettroniku fuq l‑Internet fil‑paġna http://www.epo.org/patents/law/legal‑texts/html/epc/1973/e/ma1.html.


43 – Fid‑duttrina, ara, pereżempju, G. Tritton u oħrajn, Intellectual Property in Europe, Sweet & Maxwell, Londra, 2008, p. 677, punt 7‑047; L. Bently, u B. Sherman, Intellectual Property Law, it‑Tieni Edizzjoni, Oxford University Press, New York, 2004, paġni 254 u 950.


44 – Ara L. Bently, u B. Sherman, Intellectual Property Law, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 44, p. 950. Fir‑rigward tad‑diversi restrizzjonijiet possibbli, ara, fid‑duttrina Franċiża, Y. Marcellin, Le Droit Français de la Propriété Intellectuelle, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 36, p. 434 et seq.


45 – Fid‑duttrina Awstrijaka, ara G. Kucsko, Geistiges Eigentum. Markenrecht, Musterrecht, Patentrecht, Urheberrecht, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 35, p. 929. Fid‑duttrina Ġermaniża, ara R. Busse (editur), Patentgesetz. Unter Berücksichtigung des Europäischen Patentübereinkommens, des Gemeinschaftspatentübereinkommens und des Patentzusammenarbeitsvertrags. Kommentar, De Gruyter, Berlin, New York, p. 297, punt 53; H. Stumpf, u M. Groβ, Der Lizenzvertrag, iċċitat iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 38, p. 42 u 43, punt 19. Fid‑duttrina Slovena, ara K. Podobnik, f’M. Juhart, u N. Plavšak (editur), Obligacijski zakonik (posebni del) s komentarjem, GV založba, Ljubljana, 2004, kumment għall‑Artikolu 704, p. 62.


46 – Fid‑duttrina Awstrijaka, G. Kucsko, Geistiges Eigentum. Markenrecht, Musterrecht, Patentrecht, Urheberrecht, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 35, p. 930 josserva li jeħtieġ li jinżamm separat il‑kuntratt ta’ liċenzja mill‑kuntratt ta’ trasferiment ta’ ħiliet tekniċi speċifiċi (know‑how) u l‑kuntratt ta’ konċessjoni. Fid‑duttrina Ġermaniża, H. Stumpf, u M. Groβ, Der Lizenzvertrag, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 38, p. 43 sa 45, punti 20 sa 24, jenfasizzaw li l‑kuntratt ta’ liċenzja għandu jinżamm separat mill‑kuntratti ta’ bejgħ, ta’ soċjetà u ta’ kiri. Fid‑duttrina Slovena, K. Podobnik, f’M. Juhart, u N. Plavšak (editur), Obligacijski zakonik (posebni del) s komentarjem, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 46, kumment għall‑Artikolu 704, p. 62.


47 – Ara, pereżempju, fid‑duttrina Ġermaniża, R. Schulte, Patentgesetz mit Europäischem Patentübereinkommen. Kommentar auf der Grundlage der deutschen und europäischen Rechtsprechung, Carl Heymanns Verlag, Cologne, Berlin, Bonn, Munich, 1994, p. 219, punt 16; fid‑duttrina Awstrijaka, ara G. Kucsko, Geistiges Eigentum. Markenrecht, Musterrecht, Patentrecht, Urheberrecht, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 35, p. 929; fil‑ġurisprudenza Awstrijaka, ara, pereżempju, is‑sentenza tal‑Oberster Gerichtshof OGH 15.10.2002, 4Ob 209/02t.


48 – Ara l‑punt 66 ta’ dawn il‑konklużjonijiet.


49 – Mill‑ġurisprudenza fuq il‑Konvenzjoni ta’ Brussell – li, bis‑saħħa tal‑prinċipju tal‑kontinwità, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll fl‑interpretazzjoni tar‑Regolament Nru 44/2001 – tidher li hemm il‑ħtieġa li jiġu interpretati b’mod awtonomu l‑kunċetti ta’ dan ir‑regolament. Ara, pereżempju, is‑sentenzi tal‑21 ta’ Ġunju 1978, Bertrand (150/77, Ġabra p. 1431, punti 14 sa 16); tad‑19 ta’ Jannar 1993, Shearson Lehman Hutton (C‑89/91, Ġabra p. I‑139, punt 13); tat‑3 ta’ Lulju 1997, Benincasa (C‑269/95, Ġabra p. I‑3767, punt 12); tal‑11 ta’ Lulju 2002, Gabriel (C‑96/00, Ġabra p. I‑6367, punt 37); tal‑20 ta’ Jannar 2005, Engler (C‑27/02, Ġabra p. I‑481, punt 33). Ara wkoll il‑punt 54 tal‑konklużjonijiet tiegħi tal‑11 ta’ Settembru 2008 fil‑kawża Ilsinger (C‑180/06, li għadha pendenti quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja).


Fid‑duttrina, fir‑rigward tal‑interpretazzjoni awtonoma tal‑kunċetti tar‑Regolament Nru 44/2001, ara, pereżempju R. Geimer, f’R. Geimer, u R. A. Schütze, Europäisches Zivilverfahrensrecht. Kommentar zur EuGVVO, EuEheVO, EuZustellungsVO, zum Lugano‑Übereinkommen und zum nationalen Kompetenz‑ und Anerkennungsrecht, Beck, Munich, 2004, p. 176, li jgħid li l‑kunċett ta’ “servizzi” għandu jiġi interpretat fid‑dritt Komunitarju b’mod uniformi, indipendentement mil‑lex causae u għaldaqstant mil‑liġi applikabbli għall‑kuntratt. Ara wkoll H. Gaudemet‑Tallon, Compétence et exécution des jugements en Europe. Règlement n° 44/2001, Conventions de Bruxelles et de Lugano, it‑Tielet Edizzjoni, Librairie générale de droit et de jurisprudence, Pariġi, 2002, p. 148. [Nota ta’ qiegħ il‑paġna 51 fil‑verżjoni oriġinali. Is‑sekwenza inbidlet minħabba raġunijiet ta’ sintassi Maltija.]


50 – Kif jirriżulta mill‑wieħed u għoxrin premessa tar‑Regolament Nru 44/2001, id‑Danimarka, skont l‑Artikoli 1 u 2 tal‑Protokoll dwar il‑pożizzjoni tad‑Danimarka anness mat‑Trattat dwar l‑Unjoni Ewropea u mat‑Trattat li jistabbilixxi l‑Komunità Ewropea, ma pparteċipatx fl‑adozzjoni ta’ dan ir‑Regolament, u għaldaqstant mhijiex vinkolanti jew applikabbli fil‑konfront tagħha. Skont it‑tnejn u għoxrin premessa tar‑Regolament Nru 44/2001, fir‑relazzjonijiet bejn id‑Danimarka u l‑Istati Membri marbutin bl‑istess Regolament tibqa’ tapplika l‑Konvenzjoni ta’ Brussell. [Nota ta’ qiegħ il‑paġna 50 fil‑verżjoni oriġinali. Is‑sekwenza nbidlet minħabba raġunijiet ta’ sintassi Maltija.]


51 – Id‑duttrina hija favur interpretazzjoni wiesgħa tal‑kunċett ta’ “servizzi”. Ara, pereżempju, H. ‑W. Micklitz, u P. Rott, “Vergemeinschaftung des EuGVÜ in der Verordnung (EG) Nr. 44/2001”, Europäische Zeitschrift für Wirtschaftsrecht, nru 11/2001, p. 328; R. Geimer, f’R. Geimer, u R. A. Schütze, Europäisches Zivilverfahrensrecht. Kommentar zur EuGVVO, EuEheVO, EuZustellungsVO, zum Lugano‑Übereinkommen und zum nationalen Kompetenz‑ und Anerkennungsrecht, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 50, p. 176; Rauscher, T. (editur), Europäisches Zivilprozeβrecht. Kommentar, it‑Tieni Edizzjoni, Sellier. European Law Publishers, Munich, 2006, p. 179, punt 49; P. Mankowski, f’U. Magnus, u P. Mankowski (editur), Brussels I Regulation, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 27, p. 131, punt 90; H. Gaudemet‑Tallon, Compétence et exécution des jugements en Europe. Règlement n° 44/2001, Conventions de Bruxelles et de Lugano, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 50, p. 148.


52 – B’mod iktar preċiż it‑tielet punt tal‑Artikolu 13(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell kien jistabbilixi li fir‑rigward ta’ kuntratti konklużi minn konsumaturi, il‑ġurisdizzjoni hija rregolata mid‑dispożizzjonijiet tas‑sezzjoni tal‑Konvenzjoni li tirregola l‑ġurisdizzjoni fir‑rigward ta’ kuntratti ta’ konsum jekk ikun il‑każ ta’ “kuntratt ieħor li jkollu bħala suġġett il‑provvista ta’servizz jew ta’ beni mobbli materjali jekk a) il‑konklużjoni tal‑kuntratt ġiet ippreċeduta minn proposta speċifika jew minn reklamar fl‑Istat fejn il‑konsumatur għandu d‑domiċilju tiegħu, u jekk b) il‑konsumatur ikun għamel f’dak l‑Istat l‑atti meħtieġa għall‑konklużjoni tal‑kuntratt”. Il‑korsiv huwa tiegħi.


53 – T. Rauscher (editur), Europäisches Zivilprozeβrecht. Kommentar, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 52, p. 179, punt 49, jenfasizza li l‑interpretazzjoni tal‑kunċett ta’ “servizz” taħt it‑tielet punt tal‑Artikolu 13(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell hija wkoll rilevanti fir‑rigward tal‑interpretazzjoni tal‑istess kunċett li hemm fl‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001.


54 – Filfatt, meta l‑Qorti tal‑Ġustizzja intalbet tinterpreta t‑tielet paragrafu tal‑Artikolu 13(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell – pereżempju fis‑sentenzi tal‑11 ta’ Lulju 2002 Gabriel (C‑96/00, Ġabra p. I‑6367, punti 38 sa 40 u 47 sa 51), u tal‑20 ta’ Jannar 2005, Engler (C‑27/02, Ġabra p. I‑481, punt 34) – hija speċifikat il‑kundizzjonijiet għall‑applikazzjoni tiegħu; madankollu f’dawn il‑kawżi l‑kwistjoni ma kellhiex x’taqsam mal‑provvista ta’ servizzi iżda mal‑bejgħ ta’ beni.


55 – Hekk jgħidu P. Mankowski, f’U. Magnus, u P. Mankowski (edituri), Brussels I Regulation, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 27, p. 131, punt 90; G. Cavalier, “Un contrat de concession exclusive n’est ni un contrat de vente ni une fourniture de services au sens de l’article 5, paragraphe 1, b) du règlement “Bruxelles I””, Revue Lamy Droit des Affaires, nru 19/2007, p. 71. F’dan ir‑rigward, nistgħu, b’analoġija, nirreferu għall‑interpretazzjoni tal‑Artikolu 5 tal‑Konvenzjoni dwar il‑liġi applikabbli għall‑obbligi kuntrattwali, miftuħa għall‑firma f’Ruma fid‑19 ta’ Ġunju 1980 (Konvenzjoni ta’ Ruma) (ĠU L 266, p. 1); fir‑rigward tal‑interpretazzjoni ta’ dan l‑artikolu, D. Czernich, H. Heiss, u K. Nemeth, EVÜ ‑ Das Europäische Schuldvertragsübereinkommen: Übereinkommen über das auf vertragliche Schuldverhältnisse anzuwendende Recht. Kommentar, Orac, Vjenna, 1999, josservaw li, skont il‑qrati Ġermaniżi s‑“servizzi” fis‑sens ta’ dan l‑artikolu jfissru servizzi relatati ma’ attività (“tätigkeitsbezogene Leistungen”).


56 – Ara l‑punt 61 ta’ dawn il‑konklużjonijiet.


57 – Ara f’dan is‑sens, T. Rauscher (editur), Europäisches Zivilprozeβrecht. Kommentar, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 52, p 178 u 179, punt 49; D. Czernich, f’D. Czernich, G. E. Kodek, u S. Tiefenthaler, Europäisches Gerichtsstands‑ und Vollstreckungsrecht EuGVO und Lugano‑Übereinkommen. Kurzkommentar, it‑Tieni Edizzjoni, LexisNexis ARD ORAC, Vjenna, 2003, p. 74 u 75, punt 39. P. Mankowski, f’U. Magnus, u P. Mankowski (edituri), Brussels I Regulation, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 27, p. 130, punt 89, josserva li jeħtieġ li tiġi ddefinita l‑portata tal‑kunċett ta’ “servizzi” bħal fil‑kuntest tal‑libertà li jiġu pprovduti servizzi, jekk l‑istruttura ġenerali tar‑Regolament Nru 44/2001 ma jipprovdix mod ieħor.


58 – F’dan il‑kunċett jidħlu, pereżempju, is‑servizzi mediċi u tas‑saħħa (sentenzi tal‑4 ta’ Ottubru 1991, Society for the Protection of Unborn Children Ireland, C‑159/90, Ġabra p. I‑4685; u tat‑12 ta’ Lulju 2001, Smits C‑157/99, Ġabra p. I‑5473), is‑servizzi finanzjarji (sentenza tal‑10 ta’ Mejju 1995, Alpine Investments, C‑384/93, Ġabra p. I‑1141), is‑servizzi tal‑assigurazzjoni (sentenza tat‑28 ta’ April 1998, Safir, C‑118/96, Ġabra p. I‑1897), l‑attivitajiet sportivi (sentenza tal‑11 ta’ April 2000, Deliège in Pacquée, C‑51/96 u C‑191/97, Ġabra p. I‑2549), il‑lotteriji (sentenzi tal‑24 ta’ Marzu 1994, Schindler, C‑275/92, Ġabra p. I‑1039; tas‑6 ta’ Novembru 2003, Gambelli et, C‑243/01, Ġabra p. I‑13031; tas‑6 ta’ Marzu 2007, Placanica et, C‑338/04, C‑359/04 u C‑360/04, Ġabra p. I‑1891), ix‑xandir ta’ messaġġi televiżivi (sentenza tat‑30 ta’ April 1974, Sacchi, 155/73, Ġabra p. 409), ir‑reklamar (sentenza tad‑9 ta’ Lulju 1997, De Agostini u TV Shop, C‑34/95, C‑35/95 u C‑36/95, Ġabra p. I‑3843) u servizzi oħrajn.


59 – Sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 5.


60 – Sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 5.


61 – Fid‑duttrina, ara, pereżempju, D. Czernich, f’D. Czernich, G. E. Kodek, u S. Tiefenthaler, Europäisches Gerichtsstands‑ und Vollstreckungsrecht EuGVO und Lugano‑Übereinkommen. Kurzkommentar, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 56, p. 74 u 75, punt 39.


62 – Skont l‑Artikolu  22(1) tar‑Regolament Nru 44/2001, “fi proċedimenti li jkollhom l‑obbjettiv tagħhom in rem fi propjetà immobbli jew kirjiet ta’ propjetà immobbli [għandhom ġurisdizzjoni esklużiva] il‑qrati ta’ l‑Istat Membru li fih tkun tinstab il‑propjetà” madankollu, “fi proċedimenti li jkollhom l‑obbjettiv tagħhom kirjiet ta’ propjetà immobbli li jkunu konklużi għal użu privat temporanju għal massimu ta’ sitt xhur konsekuttivi, il‑qrati ta’ l‑Istat Membru li fih jkun domiċiljat il‑konvenut għandhom ukoll ikollhom il‑ġurisdizzjoni, basta illi l‑kerrej tkun persuna naturali u li s‑sid tal‑kera u l‑kerrej ikunu domiċiljati fl‑Istat Membru”.


63 – Sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 5.


64 – Sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 5.


65 – Fid‑duttrina Awstrijaka, ara G. Kucsko, Geistiges Eigentum. Markenrecht, Musterrecht, Patentrecht, Urheberrecht, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 35, p. 929, li jgħid li l‑kuntratt ta’ liċenzja huwa kuntratt sui generis. Bl‑istess mod ara fid‑duttrina Slovena, K. Podobnik, f’M. Juhart, u N. Plavšak (edituri), Obligacijski zakonik (posebni del) s komentarjem, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 46, kumment għall‑Artikolu 704, p. 62. Dwar in‑natura awtonoma tal‑kuntratt ta’ liċenzja, ara, fid‑duttrina Ġermaniża, R. Busse (editur), Patentgesetz. Unter Berücksichtigung des Europäischen Patentübereinkommens, des Gemeinschaftspatentübereinkommens und des Patentzusammenarbeitsvertrags. Kommentar, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 46, p. 297, punt 53; H. Stumpf, u M. Groβ, Der Lizenzvertrag, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 38, p. 42 u 43, punt 19. Nixtieq nosserva li anki mid‑dokument tekniku Principles of European Law on Lease of Goods, (Prinċipji ta’ Dritt Ewropew fuq il‑Kiri ta’ Beni) imħejji minn grupp ta’ ħidma għall‑preparazzjoni tal‑Kodiċi Ċivili Ewropew, jirriżulta li d‑dispożizzjonijiet fuq il‑kuntratt ta’ kiri ma japplikawx għall‑kuntratti ta’ liċenzja li jipprovdi drittijiet ta’ użu ta’ proprjetà intellettwali. Fuq din il‑linja, K. Lilleholt, et, Principles of European Law. Study Group on a European Civil Code. Lease of Goods (PEL LG), Sellier. European law publishers, Munich, 2008, p. 108, jindika li d‑dispożizzjonijiet li hemm f’dawn il‑prinċipji jistgħu japplikaw tajjeb fil‑kirja ta’ edizzjoni partikolari ta’ ktieb, ta’ diska DVD eċċ., iżda ma għandhom l‑ebda rilevanza f’kwistjonijiet relatati ma’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.


66 – Fid‑duttrina Ġermaniża ara H. Stumpf, u M. Groβ, Der Lizenzvertrag, iċċitata fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 38, p. 44, punt 23. Fost l‑awturi Sloveni, ara K. Podobnik, f’M. Juhart, u N. Plavšak (edituri), Obligacijski zakonik (posebni del) s komentarjem, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 46, kumment għall‑Artikolu 704, p. 62.


67 – Ara f’dan is‑sens, L. Bently, u B. Sherman, Intellectual Property Law, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 44, p. 255 u 950.


68 – Regolament tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill (KE) Nru 593/2008 tas‑17 ta’ Ġunju 2008, dwar il‑liġi applikabbli għall‑obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, p. 6).


69 – Proposta għal regolament tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill dwar il‑liġi applikabbli għall‑obbligi kuntrattwali (Ruma I) [KUMM(2005) 650 finali]; ara s‑subparagrafu (f) tal‑Artikolu 4(1) tal‑Proposta tal‑Kummissjoni, li jgħid: “il‑kuntratt li jikkonċerna l‑proprjetà intellettwali jew industrijali għandu jiġi rregolat bil‑liġi tal‑pajjiż li fih il‑persuna li ttrasferiet jew li tat id‑drittijiet għandha r‑residenza normali tagħha”.


70 – Minbarra l‑proposta għal regolament tal‑Kummissjoni msemmija iktar ’il fuq, matul il‑proċess ta’ adozzjoni tar‑Regolament Ruma I ġew diskussi wkoll proposta tad‑delegazzjoni Żvediża li kkunsidrat l‑element territorjali tal‑għoti ta’ drittijiet ta’ użu tal‑proprjetà intellettwali (ara d‑dokument tal‑Kunsill Nru 5460/07 tal‑25 ta’ Jannar 2007), u proposta tal‑Presidenza, li kienet tikkostitwixxi soluzzjoni ta’ kompromess bejn il‑proposta Żvediża u l‑proposta tal‑Kummissjoni (ara d‑dokument tal‑Kunsill Nru 6935/07 tat‑2 ta’ Marzu 2007). Ġie deċiż fl‑aħħar li jitħassar is‑subparagrafu (f) tal‑Artikolu 4(1) tal‑proposta għal regolament (ara d‑dokument tal‑Kunsill Nru 8229/07 tas‑17 ta’ April 2007). Ara wkoll il‑Komunikazzjoni tal‑Parlament Ewropew fuq il‑Proposta ta’ Regolament tal‑Parlament Ewropew u tal‑Kunsill dwar il‑liġi applikabbli għall‑obbligi kuntrattwali tal‑21 ta’ Novembru 2007 (A6‑450/2007), fejn il‑Parlament Ewropew ippropona t‑tħassir tas‑subparagrafu (f) tal‑Artikolu 4(1) tal‑proposta. Anki l‑grupp ta’ ħidma tal‑Istitut Max Planck għad‑Dritt Privat Kumparattiv u Internazzjonali ppropona, minħabba d‑diversità ta’ kuntratti fuq il‑proprjetà intellettwali u tad‑diffikultajiet marbutin mal‑identifikazzjoni tal‑parti kuntrattwali li għandha l‑obbligu li tipprovdi s‑servizz karatteristiku tal‑kuntratt, ippropona li jitħassar is‑subparagrafu (f) tal‑Artikolu 4(1) tal‑proposta għal regolament; ara l‑artikolu tal‑Max Planck Institute for Comparative and International Private Law, “Comments on the European Commission’s Proposal for a Regulation of the European Parliament and the Council on the law applicable to contractual obligations (Rome I)”, RabelsZ, nru 2/2007, p. 265.


71 – Is‑Sitt Direttiva tal‑Kunsill 77/388/KEE tas‑17 ta’ Mejju, fuq l‑armonizzazzjoni tal‑liġijiet tal‑Istati Membri dwar taxxi fuq id‑dħul mill‑bejgħ ‑ Sistema komuni ta’ taxxa fuq il‑valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima ‑ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil‑Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


72 – Direttiva tal‑Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006, dwar is‑sistema komuni ta’ taxxa fuq il‑valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


73 – Fir‑rigward tal‑kamp ta’ applikazzjoni wiesgħa tas‑Sitt Direttiva, ara, pereżempju, is‑sentenzi tas‑26 ta’ Marzu 1987, Il‑Kummissjoni vs L‑Olanda (235/85, Ġabra p. 1471, punt 6); tal‑4 ta’ Diċembru 1990, van Tiem (C‑186/89, Ġabra p. I‑4363, punt 17), u tat‑12 ta’ Settembru 2000, Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda (C‑358/97, Ġabra p. I‑6301). Ara wkoll il‑punt 27 tal‑konklużjonijiet tiegħi tad‑9 ta’ Diċembru 2008 fil‑kawża Tellmer Property (C‑572/07, li għadha pendenti quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja), fejn nenfasizza li l‑kamp ta’ applikazzjoni tat‑taxxa fuq il‑valur miżjud fil‑kuntest tas‑Sitt Direttiva huwa mfassal f’termini wesgħin ħafna.


74 – T. Rauscher (editur), Europäisches Zivilprozeβrecht. Kommentar, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 52, p. 179, punt 50; D. Czernich, f’D. Czernich, G. E. Kodek, u S. Tiefenthaler, Europäisches Gerichtsstands‑ und Vollstreckungsrecht EuGVO und Lugano‑Übereinkommen. Kurzkommentar, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 58, p. 75, punt 40.


75 – P. Mankowski, f’U. Magnus, u P. Mankowski (editur), Brussels I Regulation, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 27, p. 152, punt 129, isemmi espliċitament, fost il‑kuntratti li għalihom tiġi ddeterminata l‑ġurisdizzjoni abbażi tal‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001, il‑kuntratt ta’ liċenzja. K. Takahashi, “Jurisdiction in matters relating to contract: Article 5(1) of the Brussels Convention and Regulation”, European Law Review, nru 5/2002, p. 534, josserva li l‑Artikolu 5(1)(a) jibqa’ japplika għall‑kuntratti ta’ għoti ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali. P. Berlioz, “La notion de fourniture de services au sens de l’article 5‑1 b) du règlement ‘Bruxelles I’ ”, Journal du droit international (Clunet), nru 3/2008, punti 85 sa 95, li josserva b’mod ġenerali li l‑kuntratt ta’ għoti ta’ drittijiet ma jistax ikun kuntratt li għandu bħala suġġett provvista ta’ servizzi skont l‑Artikolu 5(1)(b) tar‑Regolament Nru 44/2001.


76 – It‑tieni sentenza tal‑istess Artikolu 5(1) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell kienet tippermetti li tiġi ddeterminata l‑ġurisdizzjoni fir‑rigward tal‑kuntratti individwali ta’ xogħol. Permezz tar‑Regolament Nru 44/2001 din il‑ġurisdizzjoni ġiet irregolata f’sezzjoni xierqa (Artikoli 18 sa 21).


77 – Sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 9.


78 – Sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 10.


79 – Sentenza De Bloos, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 9, punt 13.


80 – Sentenza Tessili, iktar ’il fuq iċċitata fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 10, punt 13.


81 – Sentenza Tessili, iktar ’il fuq iċċitata fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 10, punt 14.


82 – Ara l‑punt 28 tal‑konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali Ruiz‑Jarabo Colomer tas‑16 ta’ Marzu 1999 (sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja tat‑28 ta’ Settembru 1999, Ġabra p. I‑6307).


83 – Ara, f’dan is‑sens, J. Kropholler, Europäisches Zivilprozeßrecht. Kommentar zu EuGVO und Lugano‑Übereinkommen, is‑Seba’ Edizzjoni, Verlag Recht und Wirtschaft, Heidelberg, 2002, p. 131, punt 17. Ara wkoll J. Hill, “Jurisdiction in Matters Relating to a Contract under the Brussels Convention”, International and Comparative Law Quarterly, nru 3/1995, p. 606, li josserva li, fil‑każ fejn il‑partijiet ma jkunux għażlu l‑liġi applikabbli għar‑relazzjoni kuntrattwali, l‑identifikazzjoni ta’ dik il‑liġi hija biċċa xogħol diffiċli.


84 – Ara l‑punti 61 et seq tal‑konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali Bot tal‑15 ta’ Frar 2007, fil‑kawża Color Drack (C‑386/05, sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja tat‑3 ta’ Mejju 2007, Ġabra p. I‑3699). L‑imprevidibbiltà tirriżulta pereżempju partikolarment evidenti meta s‑suġġett ta’ kwistjoni jkun obbligu pekunjarju, fejn il‑liġi ta’ ċerti Stati Membri timponi l‑eżekuzzjoni fil‑post tad‑domiċilju tad‑debitur, filwaqt li dik ta’ Stati oħrajn tindika għal dan l‑iskop il‑post tad‑domiċilju tal‑kreditur; b’effett tal‑applikazzjoni tal‑liġijiet differenti tinbidel ukoll il‑qorti kompetenti; J. Hill, “Jurisdiction in Matters Relating to a Contract under the Brussels Convention”, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 84, p. 606. Għandu jiġi indikat ukoll li, fil‑każ fejn il‑liġi applikabbli għall‑obbligu kuntrattwali tistabbilixxi li d‑debitur għandu jeżegwixxi obbligu pekunjarju fid‑domiċilju tal‑kreditur, dan tal‑aħħar jista’ jkollu vantaġġ billi jkollu l‑possibbilità li jressaq kawża quddiem il‑qrati ta’ pajjiżu.


85 – Ara, f’dan is‑sens, punti 55 et seq tal‑konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali Bot tal‑15 ta’ Frar 2007, fil‑kawża Color Drack, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 85. L‑Avukat Ġenerali josserva (punt 58) li dan l‑iżvantaġġ jidher sew fis‑sentenza tal‑5 ta’ Ottubru 1999, Leathertex (C‑420/97, Ġabra p. I‑6747), fejn kellha tiġi stabbilita l‑ġurisdizzjoni abbażi ta’ kuntratt ta’ rappreżentanza; kumpannija Belġjana (aġent kummerċjali) kienet għamlet kawża kontra kumpannija Taljana (il‑klijent) biex tikseb il‑ħlas ta’ kummissjonijiet bl‑arretrati u ta’ kumpens għal nuqqas ta’ notifika preċedenti tal‑ħall tal‑kuntratt; għat‑talba ta’ ħlas tal‑kumpens ta’ nuqqas ta’ notifika preċedenti kienu kompetenti l‑qrati Belġjani, filwaqt li għal dak tal‑ħlas tal‑kummissjonijiet il‑qrati Taljani. Fid‑duttrina, ara, pereżempju, J. Hill, “Jurisdiction in Matters Relating to a Contract under the Brussels Convention”, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 84 p. 601; P. R. Beaumont, “The Brussels Convention Becomes a Regulation: Implications for Legal Basis, External Competence and Contract Jurisdiction”, f’J. Fawcett (editur), Reform and Development of Private International Law. Essays in Honour of Sir Peter North, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 29, p. 16; H. Gaudemet‑Tallon, Les Conventions de Bruxelles et de Lugano. Compétence internationale, reconnaissance et exécution des jugements en Europe, it‑Tieni Edizzjoni, Montchrestien, Pariġi, 1996, p. 117.


86 – Fid‑duttrina, ara, pereżempju, J. Hill, “Jurisdiction in Matters Relating to a Contract under the Brussels Convention”, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 84 p. 601; J. Kropholler, u M. von Hinden, “Die Reform des europäischen Gerichtsstands am Erfüllungsort (Art. 5 Nr. 1 EuGVÜ)”, f’H. Schack (editur), Gedächtnisschrift für Alexander Lüderitz, Beck, Munich, 2000, p. 402. Minħabba n‑nuqqas ta’ konnessjoni bejn il‑qorti li kien ikollha ġurisdizzjoni bis‑saħħa tal‑ġurisprudenza De Bloos u Tessili u s‑suġġett tal‑kwistjoni, il‑Cour de cassation Franċiża diġà warrbet dawn il‑prinċipji billi ddeterminat il‑ġurisdizzjoni abbażi tal‑post tal‑eżekuzzjoni tal‑obbligu karatteristiku tal‑kuntratt; f’dan ir‑rigward ara A. Mourre, “À propos de l’application de l’art. 5‑1 de la Convention de Bruxelles aux litiges nés de la rupture d’un contrat de représentation”, Gazette du Palais, nru V/1994, p. 849 et seq.


87 – Ara l‑konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali Lenz tat‑8 ta’ Marzu 1994 fil‑kawża Custom Made Commercial (C‑288/92, sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja tad‑29 ta’ Ġunju 1994, Ġabra p. I‑2913); il‑konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenrali Léger tas‑16 ta’ Marzu 1999 fil‑kawża Leathertex (C‑420/97, sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja tal‑5 ta’ Ottubru 1999, Ġabra p. I‑6747), u l‑konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenrali Bot tal‑15 ta’ Frar 2007 fil‑kawża Color Drack, iċċitati iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 85.


88 – Sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 83.


89 – Sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 86.


90 – Sentenza Besix, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 7, punt 36. F’dan ir‑rigward nosserva li s‑sentenza Besix ingħatat wara l‑pubblikazzjoni tar‑Regolament Nru 44/2001 u immedjatament qabel id‑dħul fis‑seħħ tiegħu fl‑1 ta’ Marzu 2002.


91 – Ara, f’dan is‑sens, C. Kohler, “Revision des Brüsseler und Luganer Übereinkommens”, f’P. Gottwald (editur), Revision des EuGVÜ – Neues Schiedsverfahrensrecht, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 29, p. 12.


92 – Sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 22.


93 – Is‑sentenza Henkel ingħatat fl‑1 ta’ Ottubru 2002, filwaqt li r‑Regolament Nru 44/2001 daħal fis‑seħħ fl‑1 ta’ Marzu 2002.


94 – L‑Artikolu 5(3) tal‑Konvenzjoni ta’ Brussell ibbaża l‑kompetenza “f’materja ta’ delitti jew kważi delitti, quddiem il‑qorti tal‑post fejn ġrat il‑ħsara” filwaqt li l‑Artikolu 5(3) tar‑Regolament Nru 44/2001 indika l‑ġurisdizzjoni, “f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ tort, delitt jew kwasi delitt, fil‑qrati tal‑post fejn l‑effett tal‑ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq”. Il‑korsiv huwa tiegħi.


95 – Sentenza Henkel, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 22, punt 49.


96 – Ibidem.


97 – Sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2006 (C‑103/05, Ġabra p. I‑6827).


98 – Ibidem, punti 22 sa 25.


99 – Sentenza tal‑11 ta’ Ottubru 2007 (C‑98/06, Ġabra p. I‑8319, punti 39, 45 u 53).


100 – Sentenza tal‑14 ta’ Diċembru 2006 (C‑283/05, Ġabra p. I‑12041, punt 24).


101 – Sentenza tat‑13 ta’ Diċembru 2007 (C‑463/06, Ġabra p. I‑11321, punt 28).


102 – Sentenza tat‑2 ta’ Ottubru 2008 (C‑372/07, Ġabra p. I‑7403, punti 19 u 22).


103 – Ara, pereżempju, il‑punt 10 tal‑konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali Léger tat‑28 ta’ Settembru 2006 fil‑kawża ASML Netherlands (sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 101); il‑punt 7 tal‑konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali Bot tal‑15 ta’ Frar 2007 fil‑kawża Color Drack, iċċitati iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 85; il‑punt 4 tal‑konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali Mengozzi tal‑24 ta’ Mejju 2007 fil‑kawża Freeport (C‑98/06, sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 100), u l‑punt 28 tal‑konklużjonijiet tal‑Avukat Ġenerali Kokott tal‑4 ta’ Settembru 2008 fil‑kawża Riunione Adriatica Di Sicurtà et (C‑185/07, li għadha pendenti quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja).


104 – Sentenza tat‑22 ta’ Mejju 2008 (C‑462/06, ‑Ġabra p. I‑3965).


105 – Ibidem, punti 15 u 24.


106 – Ara l‑konklużjonijiet tiegħi tal‑11 ta’ Settembru 2008 fil‑kawża Ilsinger (C‑180/06, li għadha pendenti quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja).


107 – Fuq id‑diversi possibbiltajiet ta’ modifika għal din ir‑regola, ara C. Kohler, “Revision des Brüsseler und Luganer Übereinkommens”, f’P. Gottwald (editur), Revision des EuGVÜ – Neues Schiedsverfahrensrecht, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 29, p. 12 et seq. Mid‑dokument tal‑Kunsill, “Reviżjoni tal‑Konvenzjonijiet ta’ Brussell u ta’ Lugano” tad‑19 ta’ Jannar 1999, Nru 5202/99, jirriżulta li waħda mill‑formulazzjonijiet possibbli tal‑ewwel subparagrafu tal‑Artikolu 5(1) tar‑regolament il‑ġdid kienet: “f’materja kuntrattwali, quddiem il‑qorti tal‑post fejn l‑obbligu karatteristiku tal‑kuntratt ġie eżegwit jew għandu jiġi eżegwit” (il‑korsiv huwa tiegħi); possibbilità oħra hija ż‑żamma tal‑istatus quo. P. R. Beaumont, “The Brussels Convention Becomes a Regulation: Implications for Legal Basis, External Competence and Contract Jurisdiction”, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 29, p. 16 u 17, jenfasizza pereżempju li r‑Renju Unit kien favur iż‑żamma tal‑istatus quo.


108 – Hekk jgħid P. Mankowski, f’U. Magnus, u P. Mankowski (editur), Brussels I Regulation, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 27, p. 153, punt 131.


109 – Din ir‑rieda tal‑leġiżlatur tirriżulta b’mod ċar anki mill‑preambolu tal‑Proposta għal Regolament tal‑Kunsill (KE) dwar il‑ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali [KUMM(1999) 348 finali], p. 15.


110 – Il‑verżjoni Taljana tal‑Artikolu 5(1)(a) tar‑Regolament Nru 44/2001 tgħid li, f’materji kuntrattwali, il‑ġurisdizzjoni hija tal‑qorti tal‑post fejn ġie eżegwit jew kellu jiġi eżegwit l‑obbligu li jikkostitwixxi s‑suġġett tal‑kawża (“in materia contrattuale, davanti al giudice del luogo in cui l’obbligazione dedotta in giudizio è stata o deve essere eseguita”), filwaqt li fil‑verżjoni Ġermaniża insibu li fil‑każ fejn il‑kawża jkollha bħala suġġett kuntratt jew drittijiet derivanti minn kuntratt, il‑ġurisdizzjoni tkun tal‑qorti tal‑post fejn l‑obbligu kien jew kellu jiġi eżegwit (“wenn ein Vertrag oder Ansprüche aus einem Vertrag den Gegenstand des Verfahrens bilden, vor dem Gericht des Ortes, an dem die Verpflichtung erfüllt worden ist oder zu erfüllen wäre”).


111 – Għal ħafna kuntratti ma jirriżultax prima facie evidenti jekk dawk għandhomx jiġu ttrattati skont is‑subparagrafu (a) jew is‑subparagrafu (b) tal‑Artikolu 5(1); bħala eżempju, nista’ nsemmi l‑kuntratt ta’ kiri u l‑kuntratt ta’ kreditu. Barra minn hekk, anki fis‑subparagrafu (b) ta’ dan l‑artikolu mhux dejjem tkun ċara d‑distinzjoni bejn kuntratti ta’ bejgħ ta’ beni u kuntratti ta’ provvista ta’ servizzi; H. Gaudemet‑Tallon, Compétence et exécution des jugements en Europe. Règlement n° 44/2001, Conventions de Bruxelles et de Lugano, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 51, p. 147, isemmi pereżempju f’dan il‑kuntest il‑kuntratt ta’ konċessjoni. Iżda huwa minnu li, minħabba n‑natura uniformi tal‑kriterju tad‑determinazzjoni tal‑kompetenza fil‑kuntest tas‑subparagrafu (b) tal‑Artikolu 5(1) ta’ dan ir‑Regolament, id‑distinzjoni bejn il‑kuntratt ta’ bejgħ ta’ beni u l‑kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi ma għandhiex tagħti lok għal problemi.


112 – Hekk jgħid P. Mankowski, f’U. Magnus, u P. Mankowski (edituri), Brussels I Regulation, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 27, p. 158, punt 138.


113 – Sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 7.


114 – Sentenza Besix, iċċitata iktar ’il fuq fin‑nota ta’ qiegħ il‑paġna 7, punt 55.