Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-25/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: P. Pradal, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-għoti tal-allowances ta’ kuljum lir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea tal-21 ta’ Novembru 2011 b’risposta għall-ilment tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO) li rrifjutat lir-rikorrent l-għoti tal-allowance ta’ kuljum wara d-dħul tagħha fis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea fl-1 ta’ Frar 2011;

jannulla l-għoti ta’ allowances ta’ kuljum lir-rikorrent, kif previst fl-Artikolu 71 tar-Regolamenti tal-Persunal, fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, u fl-Artikoli 25 u 92 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg;