Language of document : ECLI:EU:T:2010:139





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ April 2010 ─ Diputación Foral de Álava et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-529/08 sa T-531/08)

“Rikors għal annullament – Għajnuna mill‑Istat – Vantaġġi fiskali – Irkupru ta’ għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali – Applikazzjoni tas-sistema tal-interessi komposti – Att konfermattiv – Inammissibbiltà”

Rikors għal annullament - Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti mhux ikkontestata fit-termini - Inammissibbiltà - Kunċett ta’ deċiżjoni konfermattiva - Deċiżjoni adottata wara eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni preċedenti u abbażi ta’ elementi ġodda - Esklużjoni (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 28-30)

Suġġett

Talba għall-annullament tal‑ittra tal‑Kummissjoni, tat‑2 ta’ Ottubru 2008, li tindika lir‑rikorrenti li għandhom jiġu applikati interessi komposti fil‑kuntest tal‑irkupru tal‑għajnuna mill‑Istat iddikjarata illegali bid‑Deċiżjonijiet tal‑Kummissjoni 2002/820/KE, 2002/894/KE u 2003/27/KE, tal‑11 ta’ Lulju 2001, dwar l-iskema ta’ għajnuna mill‑Istat implemementata minn Spanja favur impriżi fil‑provinċji ta’ Álava, ta’ Guipúzcoa u ta’ Vizcaya rispettivament fil‑forma ta’ kreditu ta’ taxxa ta’ 45 % tal‑investimenti (ĠU 2002, L 296, p. 1, ĠU 2002, L 314, p. 26, u ĠU 2003, L 17, p. 1 rispettivament) u bid‑Deċiżjonijiet tal‑Kummissjoni 2002/892/KE, 2002/540/KE u 2002/806/KE, tal‑ 11 ta’ Lulju 2001, dwar l‑iskema ta’ għajnuna mill‑Istat implementata minn Spanja favur ċerti impriżi ġodda li nħolqu fil‑provinċji ta’ Álava, ta’ Guipúzcoa u ta’ Vizcaya rispettivament (ĠU 2002, L 314, p. 1, ĠU 2002, L 174, p. 31, u ĠU 2002, L 279, p. 35 rispettivament), deċiżjonijiet ikkonfermati mis‑sentenzi tal‑Qorti Ġenerali tad‑9 ta’ Settembru 2009, Diputación Foral de Álava et vs Il‑Kummissjoni (T‑227/01 sa T‑229/01, T‑265/01, T‑266/01 u T‑270/01, li għadha ma ġietx ippubblikata fil‑Ġabra), u Diputación Foral de Álava et vs Il‑Kummissjoni (T‑230/01 sa T‑232/01 u T‑267/01 sa T‑269/01, Ġabra p. II-139).

Dispożittiv

1)

Ir‑rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

2)

Territorio Histórico de Álava – Diputación Foral de Álava; Territorio Histórico de Guipúzcoa – Diputación Foral de Guipúzcoa u Territorio Histórico de Vizcaya – Diputación Foral de Vizcaya għandhom kull wieħed minnhom ibatu l‑ispejjeż tagħhom, kif ukoll dawk sostnuti mill‑Kummissjoni Ewropea.